Barranin
X’ismijiet qed jissemmew għat-tarbija ta’ Harry u Meghan?

Skont il-lagħba jekk id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex ikollhom tifla jafu jsemmuha Allegra. F’każ li jkun tifel l-iktar isem li qed jissemma’ huwa dak ta’ Arthur.

Il-Prinċep Harry u d-Dukessa Meghan Markle qed jistennew it-tarbija f’dawn il-jiem li ġejjin.

Jingħad li Allegra kien l-isem favorit tal-Prinċipessa Diana u li kieku kellha tifla kienet issemmiha hekk.

Ismijiet oħra li qed jissemmew huma Diana, Grace, Elizabeth, Victoria u Albert.