Lokali
X’jaħsbu l-Maltin u t-turisti dwar it-trasport pubbliku?

Għall-karozzi tal-linja, ix-xahar ta’ Awwissu jġib żieda qawwija fil-patrunaġġ li l-biċċa l-kbira jkunu turisti. Waħda mill-iktar rotot twal u frekwentati f’dan iż-żmien tas-sena hija dik bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa bi krew ta’ Television Malta jirkeb dan il-vjaġġ biex jara l-andament tas-servizz u anke x’jaħsbu l-passiġġieri dwar it-trasport pubbliku.

Bid-domanda għat-trasport pubbliku speċjalment mit-turisti fl-aqwa tagħha, Television Malta ħa togħma tas-servizz tat-trasport pubbliku, bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa, rotta bieżla speċjalment f’dan iż-żmien tas-sena, u frewkentata kemm mill-Maltin u anke t-turisti.

Il-vjaġġ li telaq mill-Belt ftit wara d-disgħa ħa madwar siegħa u nofs saċ-Ċirkewwa. Waqt li fil-bidu tal-vjaġġ tal-linja kienet nofsha mimlija, sakemm waslet il-Mosta il-kuritur tal-karozza kien mimli passiggieri.

F’dan il-ħin it-toroq ma kienx fihom wisq traffiku, iżda l-vetturi pparkjati ħażin waslu biex tal-linja kellha tieqaf tistenna.

Sal-Mellieħa tal-Linja kienet mimlija, u minkejja li kien hemm it-turisti jistennew fuq l-istage, ix-xufier ma setax jagħbi iktar passiġġieri.
Turisti li kienu qegħdin jistennew fil-Mellieħa qalulna x’jaħsbu dwar is-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta.

“I think it is ok but sometimes the buses are very full and we cannot go in and you have to wait for the next one and if it is so hot, it is not so nice.”

“When we are driving to the beach, I think it is quite ok, because if you need to travel 10 minutes and then it is 15 in the end or 20 than it’s ok, but if you want to go to for example Valletta and you need one hour with the bus then it is late and there is a traffic jam, then you need two and a half, than it is bad.”

Mit-terminus taċ-Ċirkewwa, tal-linja jitilqu fil-ħin u jgħabbu wkoll il-passiġġieri li jkunu mogħbijin bil-bagalji. Lura lejn il-Belt, tal-linja waslet mimlija, bil-vjaġġ jieħu madwar siegħa u nofs. Il-vetturi kienu fi stat tajjeb u l-imġiba tax-xuffiera niżlet tajjeb mal-passiggieri.

Il-passiġġieri Maltin li jużaw is-servizz qalulna li ġeneralment is-servizz tjieb, iżda fadal x’jista jsir aħjar.

“Nieħu pjaċir għax noħroġ it-tfal, għax it-tfal ma jirkbuhiex, għax il-ġenituri tagħhom għandhom il-karozzi, allura fil-holidays inġibhom hawnhekk.”

“Ilna siegħa nistennew, tan-nofs siegħa support ħarġet, ma ġietx u issa siegħa daqqu u għadha ma ġietx lanqas,jiġifieri over one hour here hi”.

Minn din il-ġimgħa l-operatur tat-trasport pubbliku żied il-frekwenza ta’ numru ta’ servizzi fosthom fuq ir-rotta X4 bejn il-Belt u Birżebbuġa, u fuq ir-rotta 48 li taqdi l-lokalitajiet bejn il-Belt u Buġibba – bil-vjaġġi fuq dawn iż-żewġ rotot jitilqu kull kwarta mill-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Ħadd il-Palm fis-skiet, bl-insara isegwu minn djarhom il-funzjonijiet liturġiċi f’sena ta’ ċirkostanzi straordinarji. Il-Ġimgħa Mqaddsa bdiet illum bil-festa li tfakkar id-dħul ta’ Ġesù f’Ġerusalemm u tintemm bħal-lum ġimgħa bl-Għid il-Kbir….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa li l-pajjiż iddikajra emerġenza medika huwa importanti li flimkien nużaw ir-riżorsi kollha biex tintrebaħ din l-emerġenza ħalli jingħelbu l-isfidi ta’…

Lokali

Waqt li bosta minna ninsabu d-dar minħabba l-imxija tal-Coronavirus, l-annimali bħal donnu ħadu l-opportunità u qed joħorġu aktar. Grupp ta’ papri deher fejn il-baħar u dan ġibed l-attenzjoni tan-nies li…

COVID-19

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed issir strateġija ta’ kontroll fejn dawk li għandhom sintomi anke ħfief bħal diarrhea jew respiratorji qed jiġu mħeġġa jċemplu l-111. Dan l-appell qed isir…

Aktar