Sport
X’jaħseb Christian Vieri dwar Cristiano Ronaldo?

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost id-DJ’s li daqqew waqt l-avveniment mużikali għaż-żgħażagħ f’Ta’ Qali.

F’karriera ta’ ftit iktar minn 20 sena, Christian Vieri skorja mal-200 goal mal-klabbs li lagħab magħhom u 23 goal bil-flokk nazzjonali Taljan. Iltqajt ma’ Christian Vieri ftit qabel ħalla Malta wara li l-Ġimgħa filgħaxija offra spettaklu lil folla kbira, fosthom eluf ta’ żgħażagħ Taljani li ġew Malta fejn attendew għall-ġimgħa ta’ avvenimenti marbuta mal-festival Summer Daze f’Ta’ Qali. Ma’ TVM tkellem dwar il-karriera gdida tiegħu u l-familja.

“We have a nice show and now we are going to start to go around the world. I had a baby nine months ago, well my wife, I got married. Big things happening. My daughter Stella is the best thing that ever happened in my whole life”.

Vieri jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-futbol li l-karriera tiegħu ratu jibda mat-tim ta’ Torino, u lagħab fost oħrajn ma’ Juventus, Lazio, Milan, Inter, Atletico Madrid sakemm temm il-karriera kalċistika mal-Fiorentina 10 snin ilu.

“I had a lot of fun played with big teams, big tournaments, big cups so its a dream come true. But sooner or later you have to stop playing. I liked all my years I played and you know when you are a small kid your dream is to play in Serie A and the national team and when you achieve that you know its good for you, everything is positive”.

Ġimgħa bogħod mill-bidu tal-kampjonat Taljan, tkellimna ma’ Vieri dwar iċ-champions Juventus u l-isfidanti tagħhom.

“They are the strongest team, they have been winning for the past 7 – 8 years. They have Cristiano Ronaldo. They got some new players, new coach but you can’t win every year forever sooner or later they are going to loose one title. So I think, Inter, Napoli this year going to give Juventus a really hard time”.

Waqt li ħafna dilettanti tal-football Taljan qed jistennew dwell bejn l-attakkanti Cristiano Ronaldo ta’ Juventus u Romelu Lukaku li xtraw l-Inter mingħand Manchester United, għal Vieri, li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ dawn iż-żewġ timijiet saħaq li l-unika kompetizzjoni fil-futbol hija biss bejn żewġ players partikolari.

“Its Messi and Ronaldo above everyone. They have scored 700 goals in the last 15 years. Its been them two. No one can compete against them two. They are just another level, another planet”.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ltaqa’ ma’ Christian Vieri u tkellmu dwar kollaborazzjonijiet futuri li jistgħu jkomplu jpoġġu lil pajjiżna fuq quddiem fil-mappa tax-xena mużikali.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex…

Politika

Jean Claude Micallef dalgħodu ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari, wara li kien elett b’elezzjoni każwali f’Diċembru li għadda. Is-Sur Micallef se jkun qed jokkupa s-siġġu vakat mill-eks Ministru Helena Dalli,…

Kronaka

Kaxxier ta’ 18-il sena kellu jingħata kura għal xokk wara li lbieraħ filgħaxija ħalliel wettaq serqa minn ħanut fi Triq Nazju Ellul il-Gżira. Is-serqa seħħet għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija meta…

Politika

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, irriżenjat illum, bil-Prim Ministru Robert Abela jħabbar ir-riżenja tagħha fil-Parlament. Dan wara li lbieraħ ġie rappurtat li r-raġel tagħha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta siefer…

Aktar