COVID-19
Xjentist jaħseb li l-virus se jisparixxi qabel jiżviluppa l-vaċċin

Wieħed mix-xjentisti li qed jaħdem biex tkun żviluppata tilqima kontra l-Covid-19 wissa, li l-vaċċin li qed taħdem fuqu l-Università ta’ Oxford, għandu 50% ċans li jaħdem, għax il-każijiet fir-Renju Unit qed jonqsu b’rata mgħaġġla. L-Istitut Jenner fi ħdan l-Università ta’ Oxford u l-Oxford Vaccine Group beda jiżviluppa tilqima kontra l-Covid-19 f’Jannar billi juża l-virus li ttieħed mix-xadini.

Id-Direttur tal-Istitut, il-Professur Adrian Hill qal li jista’ jkun li m’hemmx biżżejjed nies biex il-vaċċin jiġi ttestjat fuqhom għax l-ammont ta’ każijiet ta’ coronavirus fir-Renju Unit qed jonqsu ma’ kull jum li jgħaddi.

Huwa qal li din hija tellieqa kontra virus li qed jisparixxi u kontra l-ħin. Qal li kif kienu qalu aktar kmieni matul din is-sena, iċ-ċans li tkun żviluppata tilqima effettiva kontra l-Covid-19 sa Settembru huwa ta’ 80%. Qal li bħalissa, hemm 50% ċans li ma jkollhomx riżultat u jinsabu f’sitwazzjoni antipatika għaliex mil-lat xjentifiku jridu li Covid-19 jibqa’ jdur għal ftit żmien ieħor.

Is-Sibt fir-Renju Unit kienu rrapportati 282 persuna li mietu bil-virus fl-isptarijiet, fi djar residenzjali u fil-komunità. Din hija ċifra baxxa meta mqabbla mal-eqqel tal-pandemija fir-Renju Unit meta kienu qed imutu kważi 1,000 persuna kuljum fl-isptarijiet biss.

Il-provi tal-vaċċin, magħruf uffiċjalment bħala ChAdOx1 nCoV-19 bdew fuq 160 voluntiera b’saħħithom li għandhom bejn it-18 u l-55 sena biex jaraw jekk jgħinx biex jiġġieldu l-virus. Iżda din kienet biss l-ewwel fażi. L-istudju għandu it-tieni u t-tielet fażi fejn iridu jiġu ttestjati mal-10,000 ruħ u titwessa’ l-età tal-parteċipanti sabiex jiġu nklużi t-tfal u l-anzjani. Iżda jekk ma jkunx hemm biżżejjed nies li jiġu nfettati bil-virus, ix-xjentisti ma jkollhomx biżżejjed provi biex jiddikjaraw il-vaċċin effettiv.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ pożittiv għall-Covid-19 f’Malta wara li saru 771 swab test. Persuna oħra ġiet iddikjarat li rkuprat mill-virus u b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ…

Aktar