Barranin
Xjentist li ħoloq l-ewwel modifikazzjoni tal-ġenetika fit-trabi jintbagħat tliet snin ħabs

Xjentist fiċ-Ċina li qal li ħoloq l-ewwel modifikazzjoni tal-ġenetika fit-trabi ntbagħat tliet snin ħabs.

He Jiankui nstab ħati li kiser projbizzjoni tal-Gvern billi baqa’ għaddej bl-esperimenti fuq l-embrijuni umani.Huwa kien ġie kkundannat b’mod globali malli ħabbar l-esperimenti tiegħu u t-twelid ta’ tewmin, Lula u Nana f’Novembru 2018.

Aġenzija tal-aħbarijiet kienet qalet li fl-istess żmien kienet twieldet it-tielet tarbija wkoll.

Flimkien mas-sentenza ta’ priġunerija, ix-xjentist ġie mmultat $430,000.

Il-Qorti argumentat li x-xjentist, flimkien ma’ żewġt irġiel oħra li għinuh fl-esperiment, kisru l-etika fir-riċerka xjentifika u l-etika tal-mediċina.