Barranin
Xjentisti jemmnu li sabu kura għar-riħ

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi.

Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ, u l-mediċini jservu biex itaffu l-uġigħ u joqtlu l-mikrobi fejn ikun hemm infezzjoni.

Ħafna mill-viruses tar-riħ huma klassifikati bħala rhinoviruses, iżda minn dawn hemm 160 tipi differenti li spiss jibdlu l-forma biex jirreżistu l-mediċina jew jinħbew mis-sistema immunitarja tal-bniedem.

Il-kura li qed tiġi studjata ma tattakkax lill-virus direttament, iżda tittanta tibdel iċ-ċelloli tal-bniedem b’mod li l-virus ma jsibx ambjent addattat li jista’ jirriproduċi fih. Dan peress li l-virus jaħdem billi jikkontrolla ċ-ċelloli tal-bniedem u jużahom biex ikun jista’ jitkattar.

Riċerkaturi fl-universitajiet ta’ Stanford u Kalifornja identifikaw proteina partikolari fiċ-ċellola tal-bniedem, li meta tiġi mitfija, taffettwa b’mod qawwi l-produzzjoni tal-virus fil-bniedem.

L-istess riċerkaturi jsostnu li l-idea mhix li l-bnedmin jiġu modifikati ġenetikament, iżda li tinħoloq mediċina li twaqqaf il-proteina methyltransferase SETD3 b’mod temporanju bħala protezzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar