Lokali
Xjentisti Maltin jgħinu biex jiġi interċettat stazzjon spazjali Ċiniż

Xjentisti Maltin ingħaqdu ma’ tim ta’ esperti internazzjonali dwar l-ispazju sabiex jinterċettaw stazzjon spażjali Ċiniż. Dan l-istazzjon mistenni li fit-tmiem il-ġimgħa jerġa’ jidħol lura fl-isfera tad-dinja.

Dan se jagħmluh permezz ta’ teknoloġija sofistifikata li hija finnanzjata mill-Aġenzija Spazjali Taljana. It-tim Malti, mill-Istitut tal-Ispazju, Xjenza u Astronomija (ISSA) se jissorvelja l-ewwel prototip ta’ stazzjon spazjali Ċiniż – Tiangong-1 biex ibassar fejn il-biċċiet jistgħu jaqgħu.

L-istazzjon spazjali, li jiżen mat-8kg ilu fl-orbita għal sitt snin u issa ġie abbandunat.