Barranin
Xjentisti rnexxielhom joħolqu embrijuni sintentiċi

Xjentisti fl-Olanda rnexxielhom joħolqu embrijuni sintetiċi fil-laboratorju bl-użu ta’ ċelloli tal-ġrieden li mhumiex sperma jew bajda. Ir-riżultati ta’ dan l-esperiment kienu ppubblikati fil-ġurnal Nature.

Kien iċċarat li s-sejba ma kinitx intenzjonata biex jiġu cloned nies jew annimali, imma biex titfa’ dawl fuq il-kawżi tal-korrimenti fi stadju bikri; speċifikament fl-impjantazzjoni.

L-embrijuni nħolqu ġo dixx u twaħħlu mal-ħajt tal-utru ta’ ġrieden ħajjin għal diversi jiem. L-istudju ta’ dan il-proċess qed jingħad li jista’ jgħin fir-riċerka tal-fertilità fin-nies.

L-istudju tal-embrijun huwa diffiċli, kemm għal raġunijiet tekniċi u anki etiċi. Għalhekk l-embrijun sintetiku jista’ jkun is-soluzzjoni biex tissokkta r-riċerka f’dan il-qasam.

L-embrijuni sintetiċi li nħolqu fil-laboratorju

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta għall-mod inġenjuż kif raġel irnexxielu jgħabbi karozza fuq vann. Fil-filmat, li nġibed f’Ħal Qormi, raġel jidher qed jimbotta…

Barranin

Kienet xena li xxokkjat lil eluf kbar ta’ nies madwar id-dinja dik li nqabdet fuq kamera tas-sigurtà fl-Istati Uniti iktar kmieni din il-ġimgħa. Raġel, liebes ġakketta bil-barnuża mtella’, jidher bilqegħda…

Barranin

Filmat miġbud bil-mobile qabad il-mumenti li fih sfrondat l-art ta’ diskoteka fl-Italja. L-inċidenti, li seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f’Ancona, ħalla 6 mejta u 120 feruti, 7 minnhom…

Aktar