Lokali
Xjenzati Maltin bi skoperta biex josservaw it-terremoti fl-ibħra b’mod eħfef

Tim internazzjonali ta’ xjenzjati, fosthom xjenzjati Maltin mill-Università ta’ Malta, għamlu skoperta li se twassal għal mod eħfef u irħas biex jiġu osservati t-terremoti fl-ibħra. Dan se jsir bl-użu ta’ lasers mal-fibre optic cables li diġà jezistu.

Sa llum xjenzjati jużaw ħafna apparat biex josservaw terremoti ftit sekondi wara li jkunu seħħew. Ħafna minn dan l-apparat jinsab fuq l-art, u mhux taħt il-baħar. Tim internazzjonali ta’ xjenzjati, fosthom xjenzjati Maltin mid-Dipartiment tal-Fiżika fl-Università ta’ Malta, ħabbru sejba li se twassal għal mod eħfef u irħas biex jiġu osservati t-terremoti f’qiegħ il-baħar.

Kif spjega Dr Andre’ Xuereb mid-Dipartiment tal-Fiżika fl-Università ta’ Malta, dan it-tim uża lasers biex josserva l-moviment mikroskopiku tad-dinja billi jkejjel l-effett tiegħu fuq il-fibre optic cables tal-Enemalta u l-Melita li jgħaqqdu lil Malta ma’ Sqallija.

Dr Andre’ Xuereb qal li “sibna mod ġdid kif niddetectjaw it-terremoti żgħar taħt il-baħar u bnadi oħrajn li bħalissa m’aħniex kapaċi niddetectjawhom. Nistgħu nagħmlu hekk mingħajr ma nibdlu l-infrastruttura li diġa teżisti tal-komunikazzjoni u fuqha kemm inżidu daqxejn apparat ‘l hemm u ‘hawn u f’daqqa waħda dan sar qisu microphone għad-dinja.”

Flimkien max-xjenzjati Maltin fuq din ir-ricerka ħadmu xjenzjati mill-Istituto Nazionale di Ricerca Metrologika fl-Italja, mil-Laboratorju Nazzjonali tal-Fiżika fl-Ingilterra u l-British Geological Society.

Dr Andre’ Xuereb qal li din l-iskoperta saret fil-kors ta’ riċerka ohra u inċidentalment għamlu din is-sejba.

“Aħna ma bdejniex nippruvaw naraw it-terremoti taħt il-baħar. Ħareġ bħala spunt u dak l-ispunt ħarġet teknoloġija ġdida minnu. U jekk nagħlqu l-bieb għar-riċerka bażika, ir-riskju huwa li dat-teknoloġiji ġodda ma nsibuhomx” qal Dr Xuereb.

Dan it-tim internazzjonali ta’ xjenzjati issa qed jaħdem biex javvanza u jisviluppa t-teknoloġija tiegħu u josserva terremoti iżgħar u iċekken l-apparat biex jintuża f’networks tat-telekomunikazzjoni madwar id-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Saħnu l-irjus fix-Xlendi, f’Għawdex wara li turist ħebb għal xufier ta’ double-decker. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-16:00 waqt l-attività tradizzjonali tal-ġosta li sseħħ ta’ kull sena fil-bajja. Mhux magħruf għala t-turist…

Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Aktar