Lokali
X’jgħaqqad u jifred lill-ibliet tal-Kottonera?

Faċli tiddeskrivi l-Kottonera bħala niċċa storika mdawra mill-baħar fuq ix-xaqliba tal-Port il-Kbir u linja ta’ fortifikazzjonijiet fuq in-naħa tal-art.

L-anzjani jiftakru kif it-Tieni Gwerra Dinjija fissret bumbardamenti ħorox li ħallew ħafna mejta u ġarrfu ħafna bini. Segwew snin ta’ ħafna attivita’ biex il-Kottonera reġgħet ħadet ir-ruħ fosthom bil-bini wara l-gwerra ta’ 2,200 proprjetà… aktar min-nofs il-proprjetà kollha fiż-żona.

Għadu jispikka l-bini ta’ akkomodazzjoni soċjali. Għal hafna snin, l-akbar attività ekonomika kienet ġejja mit-tarzna li kienet tħaddem eluf ta’ nies tas-sengħa.

Qed nitkellmu dwar il-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara… b’ħafna qrubija bejniethom iżda fl-istess ħin b’karatteristiċi partikulari li jiddistingwu lokalità minn oħra.

Ilkoll sinjuri fl-istorja b’wirt kbir li ħallew il-Kavallieri. Huma lokalitajiet attivi fl-oqsma kulturali. Jagħtu importanza lir-reliġjon u t-tradizzjonijiet.

It-Tliet Ibliet huma bħal mekka fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. Bl-istess mod jorganizzaw bi kbir il-festi titulari. Fil-qasam sportiv ifittxu l-futbol b’St George’s l-eqdem klabb – l-uniku fil-Kottonera li rebaħ il-kampjonat lokali u li issa ilu nieqes mill-premier tnax-il sena. Magħrufa wkoll għar-regatta li jieħdu sehem fiha b’tant ħeġġa fil-31 ta’ Marzu u fit-8 ta’ Settembru.

Huma n-nies li jagħmlu l-Kottonera dik li hi, bil-karattru sabiħ tagħhom u r-realtajiet soċjali li jgħixu fihom. Fl-aħħar seklu, il-popolazzjoni tal-Kottonera naqset sew. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-akbar baqgħet Bormla b’5,200 persuna.

Il-popolazzjoni tal-Isla niżlet għal 2,700 u l-Birgu għal 2,500. Żdiedet fil-popolazzjoni l-Kalkara b’madwar 3,000 ruħ. Anqas minn 3% tar-residenti tal-Kottonera huma barranin. Meta wieħed iqis il-popolazzjoni skont l-etajiet, il-Kottonera għandha popolazzjoni li qed tixjieħ, bl-ogħla numru ta’ residenti fil-faxxa bejn l-erbgħin u s-sittin sena.

L-għadd ta’ familji fil-Kottonera li huma sidien ta’ darhom hu relattivament baxx. Għalhekk insibu ħafna li jikru l-post fejn jgħixu. F’Bormla biss jgħixu aktar minn 1,300 familja fil-kera. Kwart tal-familji fil-Kottonera huma mċaħħda materjalment, bi 12% huma severament imċaħħda materjalment.

L-attendenza fl-istituzzjonijeit post-sekondarji u terzjarji minn studenti li joqogħdu fit-Tliet Ibliet hi baxxa meta mqabbla ma’ dik minn studenti minn partijiet oħra ta’ Malta… 1,060 student minn kważi 70,000 student. Bosta żgħażagħ isegwu korsijiet vokazzjonali.

Il-Kottonera kienet diskussa fil-programm Dissett ilbieraħ fuq TVM.  Tista’ terġa’ tara l-programm hawnhekk.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Televiżjoni u Radju

Mijiet ta’ nies laqgħu bi ħġarhom l-istedina tal-PBS biex iżuru l-Creativity Hub, f’open day li laqqgħet lill-pubbliku max-xandara u ma’ ħafna impjegati oħra li jagħtu sehemhom minn wara l-kwinti biex…

Aktar