Saħħa
X’jikkaġuna d-Dimensja?

F’Malta qed titlaqqa’ l-ewwel konferenza reġjonali dwar id-dimensja b’workshops biex esperti, politiċi u professjonisti jkollhom pjan u strategija kif jilqgħu għal problema tad-dimensja li qed tiżdied minħabba li nies qed jgħixu aktar fit-tul. Il-konferenza organizzata mill-WHO qed tiddiskuti pjan ta’ azzjoni li jilqgħu għall-xenarji futuri meta l-persuni bid-dimensja mistennija jirdoppjaw sal-2050.

Deskritta bħala l-battalja ewlenija li se tħabbat l-esperti mediċi matul is-seklu 21, grupp ta’ esperti internazzjonali qed jiltaqgħu Malta għall-ewwel konferenza reġjonali fil-Mediterran u l-Lvant tal-Ewropa tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa biex jitrattaw il-pjaga tad-dimensja.

L-uffiċjal għas-saħħa mentali fl-uffiċju reġjonali tad-WHO, Dan Chisholm qal li l-avvanzi li saru fir-riċerka ħejjew is-sisien għal pjani u strateġiji kollaborattivi dwar id-dimensja.

“Within the European Region there is a huge variation… and it’s down to which countries are ready and prepared to address the situation regarding dementia.. Malta would be an example of a leader country, because it has it’s own strategy, it’s got clear policies and there are resources allocated to different aspects of prevention and care of dementia.”

Dr. Chisholm żied jgħid li r-riċerka turi li apparti mill-fatturi ġenetiċi, id-dimensja tista’ tkun ġejja mill-istil ta’ ħajja li ngħixu. Bħala eżempji semma dieta bilanċjata u iżjed eżerċizzju, it-tipjip u moderazzjoni fil-konsum tal-alkoħol. Qal li l-istress u d-dipendenza fuq it-teknoloġija huma fatturi li possibilment qed jiggravaw id-dimensja, għalkemm għad trid issir iżjed riċerka.

“We talk about healthy bodies but we can also talk about healthy minds and there are things you can do, simple things, like my mother you know she is eighty two and she loves her sudoku, others do crosswords and keep their brain active, another thing you can do is learn a new language for example… these are all ways of keeping your brain fit and healthy and exercised in that sense.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, qal li Malta tibqa’ kommessa li tippromovi d-drittijiet, id-dinjità u l-awtonomija tal-individwi li għandhom id-dimensja u għaddiet liġijiet biex tilħaq dawn il-miri.

Il-Professur Charles Scerri li huwa riċerkatur dwar id-dimensja qal li l-laqgħat f’Malta se jkomplu jixprunaw azzjoni kollettiva biex tkun missielta d-dimensja f’pajjiżi u reġjuni varji.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Reklam fuq Malta Park biex ibiegħ oġġetti misruqa reġa’ daħħal lil Ronald Baldacchino minn Ħal Qormi f’xebgħa inkwiet. Baldacchino tressaq il-qorti u ġie mixli li seraq apparat mużikali tal-band Cryptic…

Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li sal-bidu tas-sena d-dieħla d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji se jiġi rilokat f’binja ġdida ta’ tliet sulari f’Santa Venera. F’reazzjoni għar-rapport tal-kumitat tal-kunsill tal-Ewropa kontra l-ħasil tal-flus, MONEYVAL,…

Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Aktar