Barranin
X’jista’ jiġrilek jekk tiekol l-iktar bżar aħmar pikkanti li hawn fid-dinja?

Raġel li kiel l-iktar bżar aħmar pikkanti li hawn fid-dinja spiċċa l-isptar minħabba l-uġiegħ ta’ ras kbira li qabditlu.  L-uġiegħ ta’ ras beda jħossha ftit tal-jiem wara li r-raġel ħa sehem f’konkors fl-istat ta’ New York li fih kiel il-bżar aħmar tat-tip Carolina Reaper.

Dan huwa l-ewwel każ tax-xorta tiegħu tant li l-esperjenza ta’ dan ir-raġel ġiet ippubblikata fil-BMJ Case Reports.  It-tabib li segwa l-każ wissa li kull min jiekol il-bżar aħmar pikkanti għandu jfittex għajnuna medika jekk iħoss xi uġiegħ ta’ ras.  Dan għax it-tip ta’ uġiegħ ta’ ras li taqbdek tista’ taffettwa l-ammont ta’ demm li jiċċirkola lejn il-moħħ.

Jidher li wara li ħa sehem fil-konkors, ir-raġel kellu jirriġetta l-ikel li kiel, kellu uġiegħ kbir f’għonqu, u ħass ħafna uġiegħ f’rasu.  Tant kien qed iħossu ma jiflaħx li mar l-emerġenza fejn sarulu diversi testijiet newroloġiċi.  Mis-CT scan ħareġ li bosta arterji f’moħħu djaqu, u għalhekk kellu jsir intervent mit-tobba biex jiġu eviatati l-kumplikazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Meta jaħkem il-maltemp, ħafna nies ifittxu l-irdoss ta’ darhom, u għalhekk ftit huma dawk li jirnexxielhom jaraw il-pajsaġġ Malti mixgħul u mdallam mill-elementi. Għadd kbir ta’ ritratti li ttieħdu fl-aħħar…

Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Aktar