Unjoni Ewropea
X’jistennew mill-ewwel diskors ‘State of the Union’ ta’ von der Leyen?

Il-Maltin jistennew ħafna aktar azzjoni mill-Unjoni Ewropea, speċjalment fejn jidħlu immigrazzjoni, ekonomija, fondi u saltna tad-dritt. Dan joħroġ ċar mill-kummenti li tawna l-MEPs Maltin ftit ġranet biss ‘il bogħod mill-ewwel diskors ‘State of the Union’ tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Il-viżjoni tal-President tal-Kummissjoni għall-UE
Id-diskors ‘State of the Union’ sar parti importanti mill-kalendarju annwali tal-Unjoni Ewropea bil-President tal-Eżekuttiv ikun mistenni jitkellem dwar l-istat tal-unjoni filwaqt li jaqsam il-viżjoni tiegħu jew tagħha għas-snin li ġejjin.  Is-sena li għaddiet id-diskors ma sarx peress li l-Kummissjoni Ewropea kienet f’fażi ta’ tranżizzjoni bil-President Juncker uffiċjalment kien diġa temm it-terminu tiegħu filwaqt li l-President von der Leyen kienet għadha fil-proċess li tgħaqqad it-tim tagħha.

Fi Brussell mhux fi Strasburgu

Is-sede uffiċjali tal-Parlament Ewropew tinsab fi Strasburgu fi Franza u normalment id-diskors ‘State of the Union’ isir minn hemm. Madanakollu din is-sena Strasburgu tqegħdet fuq il-lista l-ħamra minħabba l-imxija tal-coronavirus u għaldaqstant il-President tal-PE David Sassoli ħabbar li s-sessjoni plenarja tal-PE tal-ġimgħa d-dieħla se titlaqqa’ fi Brussell.

Xandira Diretta fuq TVM

Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru TVM u tvm.com.mt se jxandru programm speċjali bid-diskors tal-President von der Leyen u b’analiżi u b’dibattitu ma’ esperti u MEPs. Ix-xandira tibda fit-8.30am.

 

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 27 persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,302 swab test. Ħabbru wkoll li 41 ruħ ġew dikjarati li fiequ mill-virus. Minn Marzu…

F’isem għadd ta’ ġenituri, edukaturi u ħaddiema, l-Avukat Dr Andre Borg ressaq illum quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, protest ġudizzjarju kontra l-aħħar direttivi tal-MUT u l-UPE. Il-protest ġudizzjarju qed jitressaq…

Is-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni, Frank Fabri qal li r-risk assessors li huma liċenzjati mal-OHSA, daħlu fl-iskejjel kollha biex jiċċertifikaw skola, skola hix tabilħaqq preparata għall-ftuħ fid-dawl tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija….

Waqt il-programm TVAM, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani. Il-Professur Gauci kkonfermat li llum naqbżu t-3,000 każ ta’ Covid-19 f’Malta. Tkellmet ukoll dwar l-importanza…

Aktar