Lokali
X’kienu jagħmlu l-fratelli biex jgħinu x-xebbiet u l-iskjavi?

L-istorja tal-fratellanzi hija parti mil-wirt tal-knisja f’Malta u għalkemm il-fratellanzi m’għadhomx popolari daqskemm kienu, ser isir sforz biex l-istorja tagħhom tkun arkivata u ddokumentata. L-ewwel pass huwa ftehim li sar bejn l-Arkivji Nazzjonali, l-Arkivji tal-Knisja u l-fratellanzi tal-Karità u tal-Karmnu tal-Belt.

L-Arkivji Nazzjonali, l-Arkivji tal-Kurja u l-fratellanzi tal-Karità u tal-Karmnu tal-Belt, qablu li jidentifikaw proġetti għall-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-arkivji tal-istess fratellanzi.

Fl-iffirmar ta’ ftehim fil-prinċipju fl-Arkiviji Nazzjonali fir-Rabat, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri ħeġġeġ  aktar fratellanzi jersqu ‘l quddiem biex jingħataw għajnuna jippreservaw ir-rikezzi li għandhom u biex ix-xogħol li jagħmlu ikun magħruf aktar fost il-pubbliku.

L-Arkivista Nazzjonali Charles Farrguia spjega li b’dan il-ftehim, it-tim ta’ 30 speċjalista tal-Arkiviji Nazzjonali, se joffru s-servizzi tagħhom biex isir it-tindif, il-preservazzjoni u l-katalogar tal-arkivji tal-fratellanzi.

L-Arkivista responsabbli mill-arkiviji tal-Knisja f’Malta, Fr Nicholas Doublet spjega li l-fratellenzi kellhom funzjoni reliġjuża u soċjali u għandhom storja kbira tant li l-fratellanza tal-Karità twaqqfet fl-1610 u dik tal-Karmnu twaqqfet 12-il sena wara.

Fr Nicholas Doublet qal li “għandna rrakkontata minn ġurnata għall-oħra, minn sena għal oħra tul dawn l-aħħar ħames sekli l-istorja tal-poplu. L-importanza tagħhom hi sabiex aħna niktbu aħjar l-istorja tal-poplu tagħna imma storja miktuba mill-punto di vista tan-nies normali, nies komuni.”

Id-dokumenti tal-fratellanzi juru fost oħrajn kif kienu jgħinu xebbiet foqra biex ma jaqbdux t-triq tal-prostituzzjoni. Għan ieħor kien li jagħtu l-flus biex jeħilsu lill-iskjavi filwaqt li kull fratellenza kienet tistinka biex tkabbar id-devozzjoni reliġjuża.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar