Lokali
X’kienu l-kotba li ntremew ilbieraħ?

L-aħbar tar-rimi tal-kotba lbieraħ ixxukkjat lil bosta. Ħafna fuq il-mezzi soċjali esprimew l-għadab tagħhom.

Wara li TVM ippubblika ritratt tat-trakk mgħobbi bil-kotba, il-Gvern ħa l-kotba f’idejh. Dwar il-każ intervjena l-Arċisqof, Charles J. Scicluna, li fi tweet irringrazzja lill-Provinċjal li kkoopera u radd ħajr lill-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici, li qal qed jgħin biex il-kotba jinżammu minn Heritage Malta.

Uħud mill-kotba li ntremew mill-kunvent Ta’ Ġieżù jidher li kellhom valur kbir.

Fuq Facebbok Dr Jean Paul De Luca spjega li l-frontispizzju tal-ktieb, li ritratt tiegħu ġie ppubblikat fuq dan is-sit, juri li l-ktieb huwa l-ewwel volum ta’ saġġi dwar it-Teoloġija mit-Teologu Giuseppe Maria Perrimezzi (1670-1740) kif ukoll mill-isqof ta’ Oppido Mamertina. Dan il-ktieb ġie ppubblikat f’Napli fl-1730. Skont nota li hemm, dan il-ktieb ingħata lill-Provinċjal Franġiskan Giovanni Costanzo Parnis għal-Librerija ta’ Ta’ Ġieżù.

Dr De Luca saħaq li għandha ssir investigazzjoni dwar dan il-każ.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Heritage Malta se tieħu l-kotba antiki li ntlemħu mormija ġo trakk

Aħbarijiet Oħra
Kostruzzjoni

Trakk li kien qed iħott il-bricks tal-konkos f’sit tal-kostruzzjoni fil-Qawra spiċċa biex għeleb fuq nuqqas ta’ ħsieb. Kelliem qal lil TVM li min kien qed iqandel u jħott il-bricks ilbieraħ,…

Turiżmu

L-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet ma kienux mill-aħjar għall-industrija tal-cruise liners f’Malta għalkemm is-sena li għaddiet kienet waħda tajba. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Ottubru u Diċembru,…

Kronaka

Raġel b’wiċċu mogħti b’maktur u armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal jisraq f’ħanut f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq l-Imrabat. Huwa daħal fil-ħanut u talab lill-impjegati – mara…

Ekonomija u Finanzi

Ċifri tal-Eurostat dwar ir-rata tad-dejn fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea juru li fit-tielet kwart tas-sena, Malta wara Ċipru kienet l-aktar pajjiż li naqqas ir-rata tad-dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross. Miċ-ċifri joħroġ…

Aktar