Barranin
X’kont liebsa?

Mistoqsija li tiddomina meta vittmi ta’ fastidju sesswali jkollhom jaffaċċjaw hija x’kont liebsa? B’mod indirett din il-mistoqsija titfa’ l-ħtija għal dak li ġara fuq il-mara għax f’moħħ is-soċjetà inġenerali kienet provokattiva u stiednet l-inkwiet.

Madankollu din l-idea qed tiġi mxejna minn wirja li qed issir fil-Belġju fejn qed tikxef u turi verament xi jkunu libsin il-vittmi meta ġew stuprati.

Ir-ritratti jixhdu li l-vittmi ma kinux lebsin ħwejjeġ provokattivi – miniskirts jew xi ilbies trasparenti. Għall-kuntrarju huma kienu lebsin ħwejjeġ pjuttost normali li jintlibsu ta’ kuljum.

Din l-esebizzjoni bit-tema “What were you wearing?” qed tkisser il-ħsieb jew l-illużjoni ta’ bosta nies li l-ilbies provokattiv jinstiga l-istupru.

Pygamas, tracksuits u flokkijiet ta’ tfal ċkejkin jinsabu f’din l-esebizzjoni li juru li dawn in-nisa ma kellhom xejn li jista’ jkun provokattiv.  Pjuttost juru li l-ħwejjeġ huma innoċenti daqskemm huma l-vittmi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja qed jappella lit-tobba madwar il-pajjiż biex jiktbu r-riċetti b’mod li jkunu jistgħu jinqraw bla problemi. Dan hekk kif kien ikkalkulat li madwar 4.7% tal-iżbalji mediċi huma t-tort…

Barranin

Fl-Indja, tifla ta’ 3 snin ġiet stuprata fid-dar fejn tgħix fi New Delhi.  It-tifla nstabet fuq it-taraġ mimlija demm u mitlufa minn sensieha. L-aggressur huwa raġel ta’ 40 sena li…

Barranin

Mara li binha ta’ sentejn jinsab f’xifer il-mewt qed titlob ħniena lill-awtoritajiet Amerikani biex tkun tista’ żżur lil binha għall-aħħar darba. L-omm tinsab fl-Eġittu, u ma tistax iżżur lil binha,…

Barranin

Ir-reċta tal-Milied fi skola primarja ta’ Gela fl-Italja wasslet għall-ġlieda bejn żewġ ommijiet li sfrattat kollox.  Iż-żewġ ommijiet tlewmu dwar fejn hu l-aħjar post biex joqogħdu jiffilmjaw lil uliedhom. L-atmosfera…

Aktar