Barranin
Xmajjar imniġġża bid-droga – salluri taħt l-effett tal-kokaina

Diversi xmajjar tant huma mniġġża bid-droga li s-salluri qed jisfaw taħt l-effett tal-kokaina. Dan qed jikkawża problemi fost is-salluri Ewropej biex jivvjaġġaw mat-3,700 mil biex ikunu jistgħu jirriproduċu.

Filwaqt li diversi pajjiżi għaddejjin b’kampanja ta’ għarfien dwar l-effetti tad-droga li jħallu fuq il-bniedem, m’aħniex nindunaw x’effett qed tħalli d-droga fuq in-natura. Riċerka turi li minħabba l-ilma li qed narmu qed ikun ikkontaminat l-ambjent akwatiku mid-droga.

Skont ix-xjentisti, is-salluri huma vulnerabbli u ma jittraċċawx il-kokaina b’mod partikolari meta jkunu għadhom żgħar.

Intant skont il-Bijologa Anna Capaldo, ir-riżultati juru li fil-wiċċ tal-ilma madwar id-dinja kollha hemm preżenza tad-drogi. Spjegat li l-ilmijiet fi bliet b’popolazzjoni densa huma aktar konċentrati mid-droga.

Capaldo flimkien mal-kollegi tagħha poġġew lis-salluri f’ilma bi ftit kokaina daqskemm instabet f’uħud mix-xmajjar. Is-salluri kienu hyperactive madankollu kienu b’saħħithom daqs is-salluri li ma ħadux droga. Minkejja dan l-effett fuq il-ġisem tagħhom hija storja oħra. Huma sabu li d-droga takkumula fil-moħħ, fil-muskoli, fil-ġilda, fit-tissues u fl-ormoni tas-salluri. Effett ieħor li qed tħalli hija fuq il-ħxuna tagħhom. Is-salluri Ewropej jeħtieġ li jeħxienu qabel jemmigraw għall-baħar Sargasso biex iwelldu. L-effett tal-kokaina qed iwassal ukoll biex is-salluri Ewropej jittardjaw biex jibdew il-vjaġġ tagħhom. Effett ieħor huwa li minħabba li l-kokaina ddgħajjef il-muskoli, is-salluri ma jirnexxilhomx jagħmluha sal-baħar Sargasso.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għadd ta’ mogħoż ilhom jumejn jidhru jduru fuq l-irdum f’Wied iż-Żurrieq, fl-inħawi tal-Munqar. Ir-ritratt, li ttieħed ilbieraħ minn post magħruf bħala l-Ħnejja, juri madwar sitt mogħżiet. Wara li r-ritratt ittella’…

Barranin

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau qal li ma jistax jiftakar kemm-il darba żebagħ wiċċu iswed meta kien żagħżugħ, hekk kif ir-ritratti tiegħu bl-irtokk iswed f’wiċċu komplew jiddominaw il-kampanja għall-elezzjoni tal-21…

Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Aktar