
Avjazzjoni

X’miżuri se tieħu l-Air Malta issa li se jerġa’ jibda l-ivvjaġġar?
Bħala parti mill-impenn tal-Air Malta biex tiżgura s-saħħa u sigurtà tal-passiġieri tagħha, il-Linja tal-Ajru rrevediet il-proċeduri operattivi tagħha li jinkludu wkoll l-proċess ta’ tindif.
Fi stqarrija, il-linja tal-ajru qalet li l-bidliet huma maħsuba biex jiżguraw ambjent aktar sigur matul it-titjiriet.


Flimkien ma’ diversi Awtoritajiet u msieħba tal-industrija, l-Air Malta ħadmet magħhom biex ħadet il-miżuri kollha meħtieġa kif ġie rrakkomandat mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA).
Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri u kif wieħed għandu jipprepara għal vjaġġ li jmiss, jista’ jżur is-sit https://www.airmalta.com/caring-for-your-health-and-safety