Mużika
X’mużika tisma’ meta tmur mixja jew ġirja?

It-temp xitwi hu ideali għal mixja jew ġirja li tgħin biex il-persuna tkun fl-aħjar forma fiżika possibbli jew għall-anqas iżżomm ruħha attiva. Fl-ambjent urban, ix-xatt ta’ Tas-Sliema hu wieħed mill-aktar imfittxija għal dan il-għan, b’ħafna jagħżlu l-mużika biex takkumpanjahom.

Waqt mixja jew ġirja, osservajna bosta bil-headphones f’widnejhom. Xi jkunu qed jisimgħu?

Il-mużika donnha hija indispensabbli għal dawk li tkellimna magħhom, b’diversi jistqarru li tagħmel parti awtomatika mir-rutina waqt l-attivitajiet ta’ kuljum mis-sewqan għall-eżerċizzju, divertiment u waqt il-ħin tar-rilassament.

Kien hemm uħud li saħansitra qalu li l-ħajja ma tkunx l-istess mingħajr l-mużika.

U min b’pass kajman u oħrajn b’ritmu iżjed mgħaġġel, ilkoll komplew fi triqtihom, akkumpanjati bin-noti u r-ritmu mużikali li stqarrew li jimmotivahom sew fl-eżerċizzju tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Kultura

Fis-sentejn li għamlu Malta, il-Franċiżi ħallew timbru li għadu magħna sal-lum. Ħames xhur wara li Malta saret membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija, komplew l-attivitajiet biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tal-Frankofonija, f’pajjiżi li…

Aktar