Lokali
Xogħlijiet fi Triq San Nikola f’Bormla – tingħalaq it-triq

Kawża tal-maltemp ta’ nhar is-Sibt li għadda, ix-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq San Nikola f’Bormla ser isiru għada l-Ħamis 15 ta’ Frar 2018 mis-2.00 ta’ wara nofsinhar ‘il quddiem.

Triq San Nikola ser tkun kompletament magħluqa għat-traffiku minn fejn id-dħul għal Triq il-Polverista, sal-ħruġ tar-roundabout. Il-karozzi li ġejjin minn Triq San Ġwann t’Għuxa ser jgħaddu minn Triq il-Polverista filwaqt li dawk li ġejjin minn Triq Bormla ser jgħaddu minn Triq l-Immakulata.

Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jevitaw iż-żona, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Iż-żmien jagħmel tiegħu u meta jkun mgħejjun minn elementi bħall-ilma u t-tniġġiż jaf ikun l-ikbar għadu għall-opri tal-arti fis-soqfa tal-knejjes tagħna. Il-Kolleggjata ta’ San Pawl fil-Belt tiffaċċja spiss il-problema tal-ilma…

Saħħa

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qed taħdem biex tiġi introdotta kard speċjali għal persuni li għandhom imġiba diffiċli, biex fost oħrajn f’każi severi ta’ awtiżmu jkunu jistgħu jaqbżu l-kju u jinqdew…

Politika Lokali

Il-Kamra tad-Deputati iddiskutiet mozzjoni mressqa mill–Oppożizzjoni dwar dak li ġie żvelat fuq il-kumpanija 17 Black fuq talba li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bid-deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li l-Kamra kellha tiddiskuti kull allegazzjoni li…

Aktar