Għawdex
Xogħlijiet fl-għassa ta’ Marsalforn b’investiment ta’ €130,000

B’investiment ta’ €130,000 waslu fl-aħħar stadju tagħhom ix-xogħlijiet fuq l-għassa ta’ Marsalforn, biex fi ftit tax-xhur oħra tkun tista’ taqdi aħjar lir-residenti u l-eluf li jżuru l-lokalità speċjalment fix-xhur tas-sajf.

Waqt żjara fil-binja l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri setgħu jaraw kemm avvanzaw ix-xogħlijiet. Esprimew sodisfazzjon għall-fatt li din l-għassa se tkun aċċessibbli għalkollox għal persuni b’diżabbiltà minħabba l-installazzjoni ta’ lift.  Xogħlijiet oħra jinkludu titjib fl-infrastruttura u anke investiment fit-teknoloġija.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega kif il-Korp tal-Pulizija qed jinvesti anke fir-riżorsi tiegħu f’Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li huwa ta’ pjaċir għalih li qed isir dan l-investiment f’Għawdex partikolarment f’Marsalforn.

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Id-dokumentarju Pass Pass għal Auscwhitz, li xxandar fuq TVM, għadu kemm ġie aċċettat fost ix-xogħlijiet li se jieħdu sehem fil-festival tal-Vegas Movie Awards, fl-Istati Uniti. Għalkemm dan il-festival huwa pjuttost ġdid…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja. Huwa kien qed jirreaġixxi…

Relazzjonijiet Industrijali

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers avżat li l-għalliema li jaħdmu fil-Clubclass English Language School se joħorġu bi strajk nhar it-Tnejn. Fi stqarrija l-union qalet li ilha…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għar-rapport fit-Times of Malta dwar…

Aktar