Ambjent
Xogħlijiet ta’ titjib f’Wied Garnaw f’Santa Luċija

Saru bosta xogħlijiet ta’ titjib minn Parks Malta b’investiment ta’ €115,000 f’Wied Garnaw fil-limiti ta’ Santa Luċija.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żaru Wied Garnaw li huwa wieħed minn sensiela ta’ widien li se jingħataw dehra ġdida.

Ix-xogħlijiet iffukaw fuq it-tneħħija ta’ 1,000 metru kubu ta’ materjal li nġema’ fil-kanali. Dan kien qiegħed jikkawża għargħar u telf ta’ ħamrija mill-għelieqi fil-viċinanzi.

Parks Malta raw ukoll li jirrestawraw mat-300 metru ta’ ħitan għal kif kienu oriġinarjament billi neħħew xi blokki tal-konkos. Irrestawraw ukoll selħiet ta’ ġebel tas-sejjieħ li nstabu fuq il-post filwaqt li kkonsolidaw il-ħitan bil-ġebla tal-franka. Tnaddfu wkoll il-kanali u culverts li hemm taħt it-Trejqa ta’ Garnaw.

Tneħħew ukoll diversi speċi invażivi bħas-siġar tar-rignu filwaqt li siġar indiġeni bħas-siġra taż-Żebbuġ eżistenti fil-kanal tħallew fil-wied.

Dawn ix-xogħlijiet saru b’finanzjament parzjali mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali – l-Ewropa tinvesti f’żoni rurali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar