Kurżitajiet
Xogħlu fl-industrija tas-sess isir diffiċli fir-Ramadan

Mamadou Barry huwa Musulman u fi żmien ir-Ramadan xogħlu ma jibqax faċli.

F’intervista ma’ El Paìs, Mamadou spjega kif jaħdem f’fabbrika li tirriproduċi għadd ta’ sex toys u, stqarr li t-tentazzjoni tkun kbira fi żmien is-sawm.

Mamadou qal li kemm jista’ jkun, huwa jipprova jieħu l-leave meta jaħbat ir-Ramadan biex jersaq ‘il bogħod mit-tentazzjoni. Iżda,dan mhux dejjem ikun possibbli ammetta Mamadou.

Huwa qal li għall-bidu, familtu b’xejn ma setgħet taċċetta xogħlu iżda maż-żmien biddlu fehemthom malli rawh kuntent u kapaċi jmantni lilu nnifsu.

Mamadou jaħdem ġo fabbrika Spanjola li tiġġenera mal-€400 miljun fis-sena.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Kurżitajiet

L-isptar ta’ Mesa, fl-Ariżona, se jkollu nuqqas ta’ infermiera fit-taqsima tal-ITU hekk kif, 16-il infermeira nqabdu tqal fl-istess żmien u mistennija jixtru kollha bejn ix-xhur ta’ Settembru u Jannar. L-istaff…

Ikel

Restaurant fil-Ġermanja pprojbixxa li jidħlu tfal taħt l-14-il sena wara l-5pm biex l-adulti jieklu fil-paċi. Oma’s Küche, li tfisser il-kċina tan-nanna, ħa din id-deċiżjoni biex il-klijenti li jmorru jieklu, iqattgħu…

Barranin

Id-dilettanti tal-festa ta’ Santa Marija f’Fontanarosa, fl-Italja, spiċċaw bid-dmugħ f’għajnejhom wara li waqa’ u nqasam it-torri tradizzjonali ta’ din iċ-ċelebrazzjoni. Fil-filmat jidhru d-dilettanti tal-festa lejliet Santa Marija, qed jiġbdu t-torri…

Aktar