COVID-19
Xogħol lejl u nhar mid-Direttorat tat-Tindif

It-tindif huwa kruċjali biex il-Coronavirus ma jkomplix jinxtered tant li d-Dipartiment tat-Tindif kellu jibdel kompletament l-operat tiegħu biex jaħdem fuq bażi ta’ sebat ijiem. Fl-aħħar ġimgħat id-Dipartiment beda programm ta’ fumigazzjoni f’postijiet pubbliċi kontra l-Coronavirus.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni Ramon Deguara qal li dan ix-xogħol qiegħed isir anke bil-lejl.

“Dan huwa programm ta’ sanitazzjoni prattikament fl-irħula kollha tal-pajjiż, bdejna bl-aktar żoni popolari u turistiċi meta t-turiżmu kien għadu fil-qawwa tiegħu, issa estendejna għal kull raħal li hawn fil-pajjiż, pjazez, bankini, ħwienet tal-merċa, spiżeriji.”

Is-Sur Degurara qal li qed tintuża kimika approvata.

“Is-sigurtà hija li l-kimika hija skont dik li hija ċertifikata f’kordinazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li huwa kkonferma li prattikament il-mikrobu ma jibqax hemmhekk jekk ikun jeżisti, ovvjament.”

Is-Sur Deguara qal li aktar minn 100 ħaddiem huma involuti fil-programm ta’ tindif. Spjega li diversi rħula u bliet għaddew mill-proċess ta’ tindif aktar minn darba. Il-ħaddiema wkoll qed jingħataw il-protezzjoni meħtieġa.

Is-Sur Deguara qal li d-Dipartiment diġà għandu ħafna xogħol biex iżomm il-pajjiż nadif u appella għall-koperazzjoni tal-pubbliku.

“Sfortunatament għadna qed naraw sal-bieraħ stess rimi illegali tal-iskart tal-kostruzzjoni u domestiku, nista’ ngħid li din vendikazzjoni li jintrema f’postijiet pubbliċi u ma naħsibx li huwa l-waqt li jsiru dawn it-tip ta’ interventi.”

Is-Sur Deguara spjega li t-tindif ta’ skart goff mormi llegalment qed jieħu ħafna riżorsi li bħalissa għandhom jintużaw għas-sanitazzjoni ta’ postijiet pubbliċi.

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

L-imsieħba soċjali komplew iħabbtu l-ideat tagħhom ma’ xulxin f’laqgħa tal-kunsill ekonomiku u soċjali dwar riformi fil-liġijiet tax-xogħol u t-tisħiħ tad-djalogu soċjali. Il-ħsieb l-aktar komuni kien li hemm bżonn li s-suq…

COVID-19

Il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet marbuta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19. Il-konferenza, li mistennija tibda għas-7.00pm, se tixxandar dirett fuq TVM, Radju Malta, tvm.com.mt u l-paġna ta’ Facebook…

Kronaka

Raġel ta’ madwar 30 sena weġġa’ f’ħabta kbira li seħħet fit-Triq tal-Balal, fil-limiti tan-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident għall-ħabta tas-6.00pm, fejn issejħet ukoll l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili. Mill-ewwel tagħrif jirriżulta li…

Relazzjonijiet Industrijali

Rick Hunkin, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta p.l.c., ġie elett Chairman tal-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) għas-sena li ġejja. Il-ħatra tiegħu tħabbret wara l-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni li saret il-ġimgħa l-oħra,…

Aktar