Barranin
Xokk għall-mewt tar-Reġina taż-Żulu fl-Afrika t’ Isfel xahar wara li ħadet it-tron

Il-familja rjali taż-Żulu, fl-Afrika t’ Isfel, ħabbret il-mewt tar-Reġina Shiyiwe Mantfombi Dlamini Zulu, xahar biss wara li saret aġent reġina.

Ir-Reġina Mantfombi, li kellha 65 sena, saret il-mexxejja interim tal-ikbar grupp etniku tal-pajjiż wara l-mewt ta’ żewġha, ir-Re Goodwill Zwelithini.

Ir-Reġina ddaħħlet l-isptar ftit tal-jiem ilu, iżda ma kienx żvelat f’liema qagħda tinsab u xi problemi ta’ saħħa kellha.

Il-Prim Ministru tar-reġina, il-Prinċep Mangosuthu Buthelezi, qal li l-mewt tar-Reġina ma kinitx mistennija u ħalliet il-familja taħt xokk. Wiegħed li mhux se jitħalla vojt fit-tmexxija tan-nazzjon Żulu.