Lokali
X’opportunitajiet ta’ xogħol joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija?

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara.

Fiċ-Ċentru interattiv tax-xjenza Esplora fil-Kalkara, qed joffri ambjent stupend lill-istudenti li qegħdin fl-aħħar tliet snin tal-primarja biex jesploraw karriera fil-xjenza. L-expo tal-karrieri għandha l-għan li tħajjar lill-istudenti jagħżlu karriera fix-xjenza, it-teknoloġija, il-inġinerija u l-matematika.

Ryan Ruggier, preżentatur tal-Esplora qal “qed naraw kif nistgħu nużaw oġġetti li nsibu d-dar bħall-baking soda u l-juice tal-lumi u qed naraw esperiment kif nistgħu nużawh biex naqtgħu n-nar ukoll.”

Clayton Cutajar mill-Kunsill għax-Xjenza u t-Teknoloġija qal li m’hawnx biżżejjed ħaddiema Maltin fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija.

“Bħalissa hawn domanda kbira għal engineers. Aviation engineers, engineers in relation tio green and sustainable development. Għandna wkoll pereżempju fis-settur tal-farmaċewtika, teknoloġija, AI jiġifieri dawn huma kollha affarijiet li probabbli l-guardians tat-tfal mhumiex daqshekk konxji tagħhom u ma jafux eżatt x’jirrikjedi.”

L-expo, organizzata mill-Università, l-MCST u l-MCAST, se tibqa’ miftuħa sas-26 ta’ Jannar.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed iwissi li r-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ forza 6.

Kronaka

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel Malti ta’ 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. B’dan il-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Lokali

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Bord tal-Housing Affordabbli,  Joseph Bartolo. Magħruf ukoll bħala l-Isloopy, Bartolo kien ukoll consulent fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bosta qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala riformatur soċjali u bejjiegħ…

Aktar