Barranin
Xorb mimli zokkor iżid ir-riskju ta’ mewta prematura – studju

Ħafna mix-xorb mimli biz-zokkor ma tantx għandhom xi valur nutrittiv u fihom ħafna kaloriji.  Għaldaqstant għandhom effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem.

Studju ġdid juri r-rabta li teżisti bejn ix-xorb mimli zokkor anke jekk jingħad li għandu 100% meraq tal-frott (fruit juice) naturali u ż-żieda fl-inċidenza tal-imwiet f’età iżgħar.

L-istudju li ġie ppubblikat fir-rivista Jama Network Open juri li min jixrob ammont eċċessiv ta’ fruit juice jkun qed iżid ir-riskju ta’ mewt qabel iż-żmien b’madwar 9% sa 42%.

B’mod ġenerali, iz-zokkor li jinsab fil-orange juice huwa fl-istess livell li jinsab fil-luminati (soft drink) u xorb ieħor biz-zokkor.

L-awtur tal-istudju Jean A Welsh u assistent professur fid-Dipartiment tal-Pedjatrija fl-Università ta’ Emory f’Atlanta qalet li l-konsum ta’ dan ix-xorb għandu jkun minimu.

Seba’ stati Amerikani, fosthom New York u riċentament anke Philadelphia, introduċew taxxi fuq ix-xorb mimli zokkor fi sforz biex jonoqs il-konsum tiegħu.

Dawn il-liġijiet jenfasizzaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni biex in-nies ma jixorbuhomx għax ikunu qed jikkontribwixxu fil-kundizzjonijiet tal-obeżità fost it-tfal u r-rata ta’ dijabete fost l-adulti.

Huwa rrakkomandat li t-tfal bejn sena u 6 snin jixorbu madwar 180 millilitru kuljum, filwaqt li tfal minn 7 snin ‘l fuq, adoloxxenti u adulti għandhom jillimitaw ix-xorb ta’ fruit juices għal 240 millitru kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Arabja Sawdija wkoll qed takkuża lill-Iran għall-attakki li saru fuq it-tankers taż-żejt f’rotta li tagħti għall-Golf ta’ Oman. Il-Prinċep Sawdi, Mohammed bin Salman qal li pajjiżu mhux se joqgħod jaħsibha…

Barranin

F’għeluq ix-xahrejn min-nirien fil-katidral ikoniku tan-Notre Dame f’Pariġi, illejla ġiet iċċelebrata quddiesa għal udjenza limitata li għaliha ttieħdu wkoll għadd ta’ prekawzjonijiet ta’ sigurtà. Fil-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi ċċelebrata…

Barranin

Tħabbret il-mewt tad-Direttur tal-films Taljan, Franco Zeffirelli. Zeffirelli miet fl-età ta’ 96 sena fir-residenza tiegħu f’Ruma, wara li ħakmitu marda. Huwa kien magħruf għal bosta produzzjonijiet fosthom l-aktar wieħed ċelebri,  dak…

Barranin

Adélio Bispo de Oliveira, li ġie mixli li nifed lill-President Brażiljan, inħeles mill-arrest wara li l-Qorti sabet li ma kienx konxju ta’ għemilu. Il-Qorti qalet li l-liġi Brażiljana ma tistax…

Aktar