Saħħa
X’organi lesti jagħtu l-Maltin?

Mill-2016 sal-lum sa kważi nofs April, kien hemm 19,639 persuna rreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjoni tal-Organi u t-Tessuti Umani.

L-ikbar ammont ta’ persuni reġistrati għandhom bejn 26 u 40 sena li jammontaw għal 6,654, u warajhom dawk li għandhom bejn 41 u 60 sena li jammontaw għal 6,264 persuna oħra.

Dawk li għandhom bejn 16 u 25 sena jgħoddu t-3,889 persuna, filwaqt li bejn il-61 u t-80 sena jammontaw għal 2,728 ruħ.  Hemm 104 persuni li għandhom iktar minn 81 sena fuq ir-Reġistru.

Dan it-tagħrif ħareġ mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Mill-istatistika mogħtija fil-Parlament jirriżulta li hemm iktar nisa milli rġiel fuq ir-Reġistru tad-Donaturi tal-Organi, li wrew ix-xewqa li jagħtu l-kliewi, il-fwied, il-musrana ż-żgħira, il-pulmun, il-frixa, il-qalb, il-cartilage, il-ligamenti, it-tessuti tal-għadam, il-kornea, il-valvi tal-qalb u t-tendons, kif jidher f’din it-tabella.

Organi/Tessuti li jistgħu jiġu mogħtija Donaturi Nisa Donaturi Irgiel
Kliewi 11,451 7,353
Fwied 11,442 7,139
Musrana iz-zghira 11,423 7,134
Pulmun 11,113 7,342
Frixa 11,610 7,135
Qalb 11,124 8,029
Cartilage 11,049 7,114
Ligamenti 11,197 7,188
Tessuti tal-Ghadam 11,055 7,117
Kornea 10,976 7,307
Heart Valves 11,098 7,132
Tendons 11,551 7,117

Fi tweġiba separata, Dr Fearne qal li kien hemm 7 persuni li rtiraw ir-reġistrazzjoni tagħhom u 6 oħra li ma jridux ikunu donaturi tal-organi.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-pandemija tal-Coronavirus biddlet il-ħajja tan-nies f’leħħa ta’ berqa. Din il-bidla iżda kienet iktar diffiċli għall-persuni bl-awtiżmu li jsibuha iktar iebsa biex jibdlu r-rutina tagħhom f’daqqa. Fil-Jum Dinji tal-Awtiżmu, omm ta’…

Saħħa

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija. Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti. TVM iltaqa’ ma’ żewġ…

Lokali

Ilbieraħ filgħaxija kull min inzerta fl-inħawi tal-bypass ta’ Birkirkara, San Ġwann u l-Għargħur lemaħ mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Fl-inizjattiva…

Trasport

Proġetti identiċi fix-xtut ta’ Bormla u ta’ Tas-Sliema. Infrastracture Malta qed tibni żewġ faċilitajiet li se joffru servizz aħjar u aktar effiċjenti għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt. Fix-xatt ta’…

Aktar