Barranin
X’pariri tat dwar il-ħajja miżżewġa Michelle Obama lil Meghan Markle?

Wara li qattgħet 8 snin tgħix fil-White House, tista’ tgħid li ħadd mhu aħjar minn Michelle Obama biex tagħti pariri ta’ kif iżżomm relazzjoni b’saħħitha fix-xena pubblika.

Wara 7 xhur, id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle tidher li addattat tajjeb għal istil ta’ ħajja ġdid. Madankollu li jkollok żwieġ famuż jaf ikollu t-taqlib tiegħu. Għalhekk Michelle Obama tat xi pariri mill-esperjenza tagħha dwar kif taddatta u tgħix bil-pressjoni li ġġib magħha dil-ħajja.

Nistgħu ngħidu li hemm xi ħaġa komuni bejn Michelle u Meghan, dik li t-tnejn li huma qatt ma bassru li ħajjithom se tinqaleb b’dan il-mod. Michelle qalet li l-pressjoni li tħoss f’din il-ħajja kemm minnek kif ukoll minn dawk ta’ madwarek mhux dejjem faċli li tgħixha u ġġorha miegħek. Għaldaqstant Michelle ssuġġerrit lil Meghan biex tieħu l-ħin tagħha u ma tferfix u ma tgħaġġilx biex tagħmel xi ħaġa.

Suġġeriment ieħor hu li tagħmel proġetti li tħobb u li vera għandha passjoni għalihom. Fil-bidu tal-ħajja pubblika tagħha, Michelle kienet nediet kampanja biex tinkoraġġixxi lit-tfal ikunu aktar attivi u biex jegħlbu l-obeżità.

Michelle qalet li fl-irwol li għandha Meghan tista’ tħalli impatti pożittivi fuq in-nies u għalhekk ħeġġitha biex tagħmel kampanji simili iżda li jkunu jolqtuha. Dan bil-għan biex b’ġebla waħda tolqot żewġ għasafar, tħeġġeġ lin-nies permezz ta’ dik l-inizjattiva u tkun kuntenta hi għax qed tagħmel xi ħaġa li tħobb.

Ix-xahar li għadda Meghan għenet fit-tisjir flimkien ma’ Hubb Community Kitchen, f’Londra, liema entità nediet il-ktieb b’riċetti għall-karità.
Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar