Politika
X’qal Dr Abela fl-ewwel kumment tiegħu bħala Prim Ministru?

Wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, il-Prim Ministru Robert Abela qal li lest li jservi lill-poplu Malti u Għawdxi.

“Lest li naħdem ħafna biex inkompli ntejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u tal-Għawdxin kollha u lest biex inservi. X’se jkunu l-ewwel deċiżjonijiet tiegħek? Dawk inħabbarhom aktar ‘il quddiem.”

Mistoqsi jekk il-kabinett tal-Ministri hux se jkun differenti mill-ewwel parti tal-leġiżlatura, il-Prim Ministru qal li din hija deċiżjoni li se jħabbar aktar ‘il quddiem. Dwar jekk hux jistenna r-riżenja ta’ Chris Fearne minn Deputat Prim Ministru, Dr Abela wieġeb li assolutament li le u qal li dejjem iddikjara li se jkun lest li jaħdem ma’ Dr Fearne.

“Jien ma’ Chris qed inżomm kuntatt b’mod regolari, awgurali, tkellimt miegħu u assolutament m’hemm l-ebda diffikultà jew problema bejnietna.”

Dr Abela qal li llum stess se jiltaqa’ ma’ Chris Fearne.

Fl-istess ħin li l-Prim Ministru kien qed jagħti dawn il-kummenti fil-Palazz, Chris Fearne daħal fil-Berġa ta’ Kastilja fejn aktar tard ingħaqad f’laqgħa tal-grupp parlamentari mal-Prim Ministru l-ġdid.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall-pubbliku. Bħala miżura ta’ prekawzjoni…

Lokali

Fl-għeluq it-tliet snin tat-tieni leġiżlatura Laburista, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li l-ġid li nħoloq qed jitqassam bejn kulħadd. Il-Perit Micallef qal li l-Gvern investa fl-edukazzjoni u fl-infrastruttura biex…

Lokali

Is-servizz pubbliku kompla jifrex is-servizzi online fl-oqsma tal-enerġija, il-ġustizzja u n-negozji. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li dan huwa r-raba’ pakkett ta’ servizzi online minn mindu tnediet l-istrateġija biex…

Għawdex

Il-proġett propost tal-mina bejn Malta u Għawdex iqajjem interess b’żewġ konsorzji u żewġ kumpaniji wieġbu l-ewwel fażi tal-proċess biex urew li huma interessati li jidħlu għad-disinn, il-bini, il-manutenzjoni u biex…

Aktar