L-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ responsabbiltà għall-iskart – il-PM

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha.

Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost oħrajn għaliex l-iskavar għall-mina bejn Malta u Għawdex se jiġġenera daqs tliet snin skart mill-industrija tal-kostruzzjoni.

Tkompli tippersisti l-problema tar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni. F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mhuwiex aċċettabbli li s-settur privat ma jerfax ir-responsabbiltà tiegħu f’din il-kwistjoni.

”Aħna tajna inċentivi biex tariffi jkunu reachable u miftuħin għal kulħadd. Jekk dan mhux se jsir, se nkunu qed nieħdu l-miżuri aħna bħala Gvern biex naraw ir-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni jsir b’mod iktar organizzat.”

Il-Prim Ministru xejjen il-possibbiltà li bir-reklamazzjoni tal-art tinħoloq gżira għall-ispekulazzjoni. Iżda stqarr li hemm proposta ambizzjuża għal gżira artifiċjali.

”Tista’ tinħoloq barra l-pajjiż fejn hemmhekk jiġu rilokati industriji illi jħammġu. Naħseb li hu avventuruż ħafna. Imma għandna neskluduha jekk tkun feasible? Jien ngħidlek m’għandna neskludu xejn.”

Waqt li semma proġetti ta’ reklamazzjoni li saru fil-passat fosthom fil-Marsa, l-Imsida u l-Freeport, il-Prim Ministru indika li l-preferenza tiegħu hi li r-reklamazzjoni ssir viċin ix-xatt.

”L-option preferita tiegħi iżda hi option li ntużat u kienet tintuża sa ftit tas-snin ilu u li hemm argumentazzjoni għalfejn għandha ssir.”

Żied jgħid li b’dan jistgħu jsiru żoni miftuħa fosthom promenades għan-nies. Il-Prim Ministru wera ruħu li mhux favur li tkompli tintuża żona fonda fil-baħar, li kienet identifikata mill-Ingliżi biex jintefa’ fiha l-iskart tal-kostruzzjoni.

Dr Muscat qal li din l-isfida se tikber meta jibda x-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex.

”Aħseb u ara jekk inħaffru għall-metro, kif irridu nagħmlu f’xi mument, għax dan se nħaffru Malta kollha u dan il-ġebel se nitfgħuh il-baħar? Those are the real issues on the long term planning.”

Waqt li l-istudji għadhom għaddejjin, ġie rrapportat li din il-kwistjoni se tkun fl-aġenda tal-Kabinett fil-ġimgħat li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tela’ s-siparju fuq id-disa’ edizzjoni tal-Festival Żigużajg, li ser isir fuq medda ta’ għaxart ijiem. Din is-sena mal-130 artist qed jieħdu sehem f’numru ta’ proġetti artistiċi, li fi kliem id-Direttur…

Saħħa

Fl-isptar Mater Dei fil-preżenza ta’ uliedu Sonia u Charlene, Publius Borg kien jidher fi stat ta’ saħħa tajba, jumejn biss wara li sarulu intervent f’qalbu biex jevita attakk ta’ puplesija….

Kultura

Malta mogħnija b’mużewijiet u siti storiċi b’valur u wirt kulturali mprezzabbli fosthom il-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu fl-Ewropa li għadu miftuħ għall-pubbliku. Fil-ħsieb ta’ ħafna nies, il-mużewijiet u…

Lokali

L-Avukat Jean-Pilippe Chetcuti qal li d-ditta legali li huwa msieħeb fiha tilqa’ r-rapport li sar mill-uffiċċju tar-regolatur taċ-ċittadinanza b’investiment (IIP), b’rabta ma’ dak li xxandar minn programm televiżiv Franċiż fuq…

Aktar