Saħħa
X’qal ir-rappreżentant tal-WHO fiċ-Ċina, Dr Galea dwar il-coronavirus?

Jikber it-tħassib dwar l-Coronavirus, hekk kif telgħu għal 18-il perusna li mietu b’dan il-virus, waqt li hemm 600 każ ieħor identifikat. L-awtoritajiet Ċiniżi waqfu l-ivvjaġġjar minn u lejn il-belt ta’ Wuhan u Huangang fi sforz biex iwaqfu l-imxija.

Ir-rappreżentant tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa, it-tabib Gauden Galea, qal li r-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bla preċedent.

“If you look at WHO guidance, there has been no guidance for any travel or trade restrictions, so the lockdown is in excess of the current guidance that WHO is providing, and therefore the lockdown of 11 million people is unprecedented in public health history.”

F’kummenti lill-media internazzjonali, Dr Galea qal li l-Għaqda Dinija tas-Saħħa qed tistenna li jiżdiedu l-każijiet għalkemm s’issa għadha ma iddikjaratx emerġenza medika. Qal li mhux faċli biex tiġi identifikata billi s-sintomi huma bħal dawk tal-influwenza staġjonali.

”So this is virus that has emerged under the camouflage of millions of cases of milder respiratory infection, so finding the cases is actually quite difficult and a major feat that has to be done by the public health investigators.”

L-awtoritajiet ikkonfermaw li l-Coronavirus jista’ jittieħed minn persuna għall-oħra permezz ta’ kuntatt uman u jikkawża tip ta’ pneumonia.

Diversi pajjiżi madwar id-dinja qed jieħdu miżuri biex passiġġieri li jkunu ġejjin minn postijiet fejn hu suspettat li hemm każijiet tal-CoronaVirus jiġu eżaminati mal-wasla tagħhom fl-ajruport. Fl-Iskozja, erba’ persuni li vvjaġġaw minn Wuhan u li għandhom sintomi ta’ problemi fin-nifs, huma suspettati li għandhom il-virus.

Il-virus wassal għal żieda qawwija fl-użu tal-maskli tal-wiċċ inkluż fuq titjiriet tal-linji tal-ajru li joperaw lejn iċ-Ċina. Diversi attivitajiet b’rabta mal-bidu ta’ sena ġdida Ċiniża tħassru.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar