Lokali
X’qed iwassal għal żieda fil-każi soċjali f’Għawdex?

Is-sena l-oħra, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali trattat mal-20,000 każ soċjali. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Alfred Grixti stqarr li l-ebda distrett jew lokalita f’Malta u Għawdex m’għandha tigi stigmatizzata, għaliex il-każijiet jinsabu kullimkien, iżda innota żieda fil-każi f’Għawdex fejn il-kera għadha iktar affordabbli minn ċerti lokalitajiet f’Malta.

Mir-rapport annwali tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS, il-Kap Eżekuttiv Alfred Grixti qal li s-sena l-oħra l-każijiet soċjali komplew jiżdiedu u skorrew l-20,000, Is-Sur Grixti saħaq li l-ebda lokalità m’għandha tiġi stigmatizzata, għaliex il-każijiet jinsabu f’kull lokalità. Madanakollu nnota kif qed ikun hemm żieda fit-talbiet għall-għajnuna soċjali f’Għawdex. F’kummenti ma’ TVM is-Sur Grixti indika li l-persuni bi sfidi soċjali rrilokaw minn Malta lejn Għawdex minħabba li l-kera hi orħos.

“Ir-realtà tal-għoli tal-kirjiet jafu kulħadd fl-aħħar snin innutajna li kien hemm ċertu immigrazzjoni interna lejn Għawdex fejn il-kirjiet baqgħu relattivament ħafna aktar affordabli ħafna l-Qawra lejn is-snin 80 90 u allura għalhekk ħassejna l-bżonn li jkollna preżenza Għawdex biex is-soċjetà Għawdxija tagħraf din ir-realtà u ma jinqoloħx ghetto ta nies li ħadd ma jrid imis magħhom.”

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon faħħar l-impenn tal-ħaddiema tal-Fondazzjoni li qal qamu għall-okkażjoni fl-aħħar xhur tal-pandemija. Innota b’sodisfazzjon li l-ebda servizz ma twaqqaf minħabba l-covid u għall-kuntrarju komplew jiżdiedu s-servizzi taħt il-kappa tal-FSWS.

“Anzi daħħalna servizzi ġodda bħal mhuma 1772 illi huwa mmirrat li għal persuni b’solitudni u għandna servizzi oħrajn għas-sena d-dieħla bla dubju se jkollna nagħmlu emfasi fuq mental health”.

Iċ-Chairperson tal-FSWS Joe Gerada tkellem dwar l-istrateġija tal-Fondazzjoni li qal għandha l-ħsieb li ssaħħaħ is-servizzi fil-komunità waqt li tkompli tinvesti f’servizzi f’livell lokali.