Saħħa
X’qed iżid ir-riskju ta’ attakk tal-qalb fost in-nisa?

Nisa li jpejpu, ibatu bid-dijabete jew bi pressjoni għolja għandhom ċans ikbar li jkollhom attakk tal-qalb iktar mill-irġiel.  Dan joħroġ minn studju kbir li sar fost l-adulti fir-Renju Unit.

Ir-riċerkaturi qalu li n-nisa għandhom jirċievu l-istess trattament li jingħataw l-irġiel u l-istess appoġġ biex jieqfu mit-tipjip.  It-tobba għandhom ikunu kapaċi iktar jidentifikaw pazjenti nisa f’riskju ta’ attakki tal-qalb.

L-istudju, li tmexxa minn riċerkaturi tal-Università ta’ Oxford, sar fuq madwar 500,000 persuna li għandhom bejn l-40 u d-69 sena, li jinsabu fid-database tal-Biobank tar-Renju Unit.

Fuq medda ta’ 7 snin, mal-5,000 persuna kellhom attakk tal-qalb.  Wieħed minn tliet persuni kienu nisa.  Għalkemm ir-riskji ta’ attakk tal-qalb huma inqas fin-nisa milli l-irġiel f’kull età, ċerti fatturi ta’ riskju dehru li jistgħu jħallu impatt ikbar fuq in-nisa.

In-nisa li jpejpu għandhom tliet darbiet iktar ċans li jbatu minn attakk tal-qalb meta mqabbel man-nisa li ma jpejpux.  Fl-irġiel, ir-riskju huwa biss id-doppju.

Il-pressjoni għolja żżid ir-riskju tan-nisa bi 83% iktar meta mqabbel mal-effetti fuq l-irġiel, filwaqt li d-dijabete tal-ewwel u tat-tieni tip għandhom it-tnejn li huma impatt ikbar fuq in-nisa f’riskju li jkollhom attakk tal-qalb meta mqabbel mal-irġiel.

Ir-riċerkaturi ma jafux għaliex dawn il-fatturi jvarjaw bejn mara u raġel, iżda r-raġuni tista’ tkun bioloġika.  Per eżempju, id-dijabete tat-tieni tip hija marbuta mad-dieta u l-istil tal-ħajja li jista’ jkollhom impatt differenti fuq qalb il-mara meta mqabbel ma’ qalb ir-raġel.

Iżda l-istudju juri li n-nisa ma tantx jirrealizzaw li jinsabu f’riskju ta’ attakk tal-qalb u li jista’ jkun li ma jkunux qed jirċievu l-kura adegata u t-trattament tajjeb mingħand it-tobba.

Filwaqt li r-riċerkaturi saħqu li l-irġiel jibqgħu b’ċans ikbar għall-attakki tal-qalb, il-mard tal-qalb huwa l-ikbar qattiel fost in-nisa fir-Renju Unit.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-attriċi Charlize Theron ma qagħditx tomgħod il-kliem, u ma ddejqitx iċċanfar lill-preżentatur ta’ programm fuq stazzjon Franċiż waqt xandira diretta. Flimkien mal-attur Seth Rogen, Theron kienet mistiedna fil-programm Touche pas…

Barranin

Iċ-Ċiklun Kenneth laqat b’saħħa t-tramuntana tal-Mozambique, pajjiż li għadu qed jirkupra minn maltempata kbira x-xahar li għadda. Iċ-ċiklun ġab miegħu riefnu ta’ 220 kilometru fis-siegħa u qatel minn tal-inqas tliet…

Barranin

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un akkuża lill-Istati Uniti li ppruvat tqarraq b’pajjiżu waqt summit li kellu iżjed kmieni din is-sena mal-President Donald Trump. L-Aġenzija Koreana tal-Aħbarjiet irrappurtat lil…

Aktar