Teknoloġija
X’informazzjoni qed jieħdu meta tuża l-FaceApp?

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta ttella’ ritratt tiegħek biex dan jinbidel għal żmien ieħor?

Filwaqt li kienu bosta li tellgħu r-ritratt tagħhom oħrajn kienu xettiċi dwar il-FaceApp. Qabelxejn il-FaceApp taħdem billi bl-intelliġenza artifiċjali tibdel il-fattizi u l-apparenza tal-persuna.

Biss il-FaceApp mhux sempliċiment esperiment ta’ sekonda. Meta wieħed jagħmel dan ikun qed jagħti aċċess miftuħ għar-ritratti tiegħu u għall-informazzjoni personali tiegħu.

Minn madwar id-dinja kienu aktar minn 100 miljun persuna li niżżlu din l-app.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu fis-Senat wara li qal tiegħu dwar il-kriżi li jinsab fiha l-Gvern Taljan. F’diskors li dam madwar siegħa, Conte kkritika bl-aħrax lill-Ministru tal-Intern…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar