Ekonomija u Finanzi
X’qed tipproponi Malta f’dak li għandu x’jaqsam mal-allokazzjoni ta’ fondi Ewropej għall-pjan ta’ rkupru?

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, flimkien mal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea tkellem dwar il-Pjan ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea.

Huwa qal li fejn jidħol il-kriterju ta’ kif jiġu allokati l-fondi, Malta qed tipproponi li dawn il-fondi għandhom jiġu allokati fuq kriterji li jirriflettu l-impatt ekonomiku li ħalliet il-COVID-19 milli fuq kriterji li jirriflettu s-sitwazzjoni ekonomika taż-żmien ta’ qabel il-pandemija.

Il-Ministru Scicluna spjega li wieħed m’għandux jiddependi fuq ir-rati tal-qgħad bħala l-uniku indikatur. Indikatur bħal dan m’huwiex sofistikat biżżejjed biex jirrifletti is-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawk il-pajjiżi fejn għandhom setturi ekonomiċi li salvaw l-effett tal-pandemija filwaqt li kellhom settur ekonomiku importanti li ġie milqut b’mod devastanti –kif inhu l-każ tat-turiżmu. Qal li Malta qed tistenna lill-Kummissjoni biex toħroġ b’indikaturi aktar addattati.

I-Ministru Scicluna, il-grants mogħtija f’ammonti raġonevoli huma aċċettabbli għal Malta iżda l-pakkett ippreżentat juri li ċerti pajjiżi ser jiġu allokati ammont qawwi ta’ grants milli self u dan ser iwassal biex numru ta’ Stati Membri, inkluż Malta, minn benefiċjarji netti ser jispiċċaw kontributuri netti.

Kompla jgħid li dan iwassal għal effetti aktar negattivi fuq dawn l-Istati Membri li tkun diffiċli biex tiġġustifika deċiżjoni bħal din.
Fejn jidħol il-finanzjament tal-baġit Ewropew, dak magħruf bħala “Own Rescources”, il-proposta Maltija hija li mmorru għal taxxi, bħal taxxi fuq plastik mhux riċiklabbli u prodotti simili, u mhux pajjiż jispiċċa jintroduċi taxxi kontroversjali li jistgħu jtellfu milli jsir qbil fuq dan il-ftehim.

B’mod partikolari, il-Ministru Scicluna tkellem fuq il-proposta tal-Emission Trading System f’taxxi fuq vjaġġar bl-ajru u bil-baħar, li se taffettwaw negattivament dawk l-Istati Membri li jiddependu fuq it-turiżmu, u għalhekk taxxi bħal dawn, speċjalment fis-sitwazzjoni
li ninsabu fiha, m’għandhomx jiġu kkunsidrati.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu, akkużat li lbieraħ waqt li kien fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Nathan Luke Borg, li kissirlu n-nuċċali u…

Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar