Kurżitajiet
X’rabta għandha Malta mal-Etna?

Il-Vulkan Etna spunta wara li ċeda qiegħ il-baħar bejn il-Kanal ta’ Sqallija u l-Baħar Jonju, 500,000 sena ilu. Dan il-fenomenu naturali wassal biex iffurmat katina ta’ muntanji fil-Lvant ta’ Sqallija magħrufa bħala l-Muntanji Iblei, li llum m’għadhomx attivi.

Matul dawn il-500,000 sena l-Vulkan Etna mexa mix-Xlokk (Capo Passero) għall-Grigal (Katanja) tal-gżira u bosta kienu jistaqsuh kif f’perjodu daqstant qasir seħħ dan kollu. It-tweġiba tingħata fi studju ġeoloġiku li sar minn esperti Taljani u Ġermaniżi u li ġie ppublikat f’Earth & Planetary Science Letters.

Mill-istudju joħroġ li l-Etna hija attiva minħabba li hemm sors ta’ lava ħiereġ minn tiċrita f’qiegħ il-baħar twila mat-300km li tibqa’ nieżla tul il-baħar Mediterran lil hinn mill-gżira ta’ Malta. Iċ-ċaqliq sesmiku jorbot lil Malta ma’ Sqallija minħabba l-fatt ukoll li fl-1693 kien seħħ terremot qawwi 7.4 fuq l-Iskala Richter f’Noto liema theżżiza nħasset f’Malta u ġarrfet il-Katidral tal-Imdina.

L-istudjużi stħarrġu l-movimenti tal-qoxra tad-dinja għal dawn l-aħħar 10 miljun sena u sabu li din it-tiċrita f’qiegħ il-baħar hija maqsuma fi tnejn, li waħda tinsab fi żona fejn hemm l-Etna u allura hemm għad hemm l-attività sismika għaddejja, mentri l-oħra li tinsab fl-inħawi tal-Muntanji Iblei ma baqgħetx sensittiva għaċ-ċaqliq sismiku.

Huwa għalhekk li jista’ jkun li Malta ma baqgħet tintlaqat miċ-ċaqliq sesmiku tan-nofsinhar ta’ Sqallija. Madankollu l-istudju jinkonkludi li għalkemm ix-xlokk ta’ Sqallija ma baqax attiv mentri l-grigal tal-gżira għadu attiv is-sors ta’ dan kollu xorta jibqa’ x-xifer ta’ Malta li hemm f’qiegħ il-baħar bejn il-Kanal ta’ Sqallija u l-Baħar Jonju.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Lukanda li tinsab quddiem il-baħar fil-Gżira ġiet miċħuda l-permess li tarma l-imwejjed u s-siġġijiet barra. Dan minkejja l-argument li nġieb li ħarġu diversi permessi simili fl-istess triq. It-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva…

Lokali

L-akkaniżmu tal-festa tela’ għal ras raġel mill-Birgu li spiċċa ta’ daqqa ta’ qasrija lil raġel ieħor.  L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar u x’aktarx li kien minħabba r-rivalità taż-żewġ każini f’din il-lokalità…

Kultura

Il-Milied ta’ din is-sena se jkun wieħed iktar speċjali għal dawk li għandhom għal qalbhom il-presepji. Bħal kull sena Festivals Malta qed tniedi l-Kompetizzjonijiet Nazzjonali tal-Presepji għall-Milied tal-2018 f’sitt kategoriji…

Aktar