X’riperkussjonijiet se tħalli din il-pandemija fuq it-tfal?

Ħafna huma dawk li qedgħin jiddiskutu dak li qiegħed jaffetwana fil-preżent minn din il-pandemija li tefgħet lid-dinja għal kupteja matul 2020.

Huma bosta dawk li qedgħin jaffaċjaw bosta sfidi kemm ekonomiċi, psikoloġiki u dawk soċjali. Il-ġlieda tal-awtoritajiet lokali u bil wisq aktar internazzjonali hi waħda kontienwa sabiex ikun assigurat li noħorġu minn dawn l-għawġ kemm jista’ jkun malajr u bl-inqas impatt possibli.

F’edizzjoni riċenti tal-programm Popolin il-Professur Carmel Borg qal li bħalissa qedgħin issiru bosta riċerki. Riċerka partikolari qed titkellem fuq ġenerazzjoni li jista jkun tintilef. L-istess riċerka internazzjonali tiddistingwixxi bejn lezzjonijiet online ta’ kwalità għolja ma oħrajn ta’ kwalità inferjuri. Tfal li qegħdin ikunu imposti għal tgħalim online bi kwalità inferjuri, forsi f’ambjent tad-dar li muhiex seren ser ikunu qegħdin jaffaċjaw problemi sostanzjali l-quddiem.