Barranin
X’sabu l-astronomi fl-aħħar skoperta tagħhom?

L-astronomi għadhom kif ħabbru skoperta ġdida – dik tal-ewwel qamar li jinsab ‘il barra mis-sistema solari tagħna.

Dan l-imsejjaħ ‘exomoon’ – qamar li jinsab ‘il barra mis-sistema solari – fih kważi daqs il-pjaneta Neptune u jdur madwar pjaneta oħra li fiha daqs Jupiter.

L-esperti skoprew dan il-qamar bis-saħħa tal-vettura tal-ispazju Kepler.

L-astronomi David Kipping u Alex Teachey ippubblikaw l-iskoperti tagħhom fis-Science Advances Journal iżda qalu li hemm bżonn isiru aktar studji u osservazzjonijiet biex jifhmu aħjar dak li jeżisti lil hinn mis-sistema solari tagħhna.