Televiżjoni u Radju
X’se jagħmlu flimkien Dorian u Amber min-nhar it-Tnejn?

Dorian u Amber ingħaqdu biex jibdew esperjenza ġdida fuq Magic Malta.  Iż-żewġ preżentaturi se jibdew programm ġdid wara nofsinhar li huwa mmirat għal min iħobb jisma’ mużika varjata, b’xi battuta bejn Dorian u Amber ma tonqosx.

Il-programm bl-isem ta’ Ride Home with Dorian & Amber se jibda jixxandar min-nhar it-Tnejn li ġej fuq Magic Malta.  Dorian u Amber se jkunu qed jippreżentaw dan il-programm ġdid mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-3pm u s-6pm, tliet siegħat li mistennija jkunu divertenti u rilassanti fl-istess ħin.

F’kummenti ma’ TVM, Amber qalet li din hija esperjenza kompletamet ġdida għaliha.  Sostniet li qatt ma ħasbet li xi darba se tkun qed tippreżenta programm fuq ir-radju.   Hija tinsab ħerqana għal dan il-programm li fih hi u Dorian ser ikunu qed idoqqu mużika tajba minn kull żmien, kif ukoll ser ikollhom iktar kuntatt mas-semmiegħa, b’diversi diskussjonijiet, kompetizzjonijiet u bosta affarijiet li se jkunu qed jiġru fl-istudjo.

Min-naħa tiegħu, Dorian, li issa ilu jippreżenta ma’ Magic Malta għal diversi snin fil-ħin ta’ bejn l-10am u s-1pm, se jibddel ir-rutina biex minflok jibda jkun fuq ir-radju wara nofsinhar.  Iddeskriva din bħala avventura ġdida għalih u jħossu vera eċċitat li se jkun ma’ Amber fi programm ġdid tar-radju.   Huwa persważ li ma’ Amber se jkun ta’ kumpanija tajba għal min isegwihom, apparti l-ħafna mużika tajba li joffri Magic Malta!

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar