Kurżitajiet, Lokali
X’se jagħmlu taħt Sant’Anġlu?

TEN08 ser jorganizza kunċert mużikali b’risq il-Fondazzjoni Marigold għada l-Ġimgha 25 ta’ Mejju, fil-Birgu taħt il-Forti Sant Anġlu.

TEN08 ser jorganizza “Rock The Fort” bis-sehem ta’ gruppi Maltin li ser idoqqu diversi cover versions ta’ wħud mil-leġendi mużikali, fosthom Pink Floyd, Queen, Led Zepplin, Rolling Stones, Metallica, Eric Claption, David Bowie u The Doors.

Il-kuċnert, li ser jibda fit-8 p.m., ser isir bis-sehem ta’ gruppi mużikali bħal Cash & Band, Xarulu, Bernie & Pod u Purple Haze.

Kelliem għal TEN08  qal li għal parkeġġ sar ftehim mal-Valletta Ferry Service li ser tibqa’ topera mill-Belt Valletta sa Bormla sas-siegħa ta’ filgħodu. Sar ftehim ukoll mal-Barklori, li ser jibqgħu joperaw sal-aħħar tal-kunċert, minn ħdejn il-Forti Sant’Anġlu sal-Belt Valletta. Ser ikun hemm ukoll is-servizz ta’ Park & Ride, mill-ground tal-Fortini fil-Birgu, saż-żona fejn ser isir dan il-kunċert.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Wara logħba emozzjonanti tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġappun u l-Kolumbja, l-istands fejn kien hemm il-partitarji taż-żewġ naħat, kif jiġri f’kull partita, ikunu mimlijin skart. Iżda l-partitarji Ġappuniżi wara r-rebħa tat-tim nazzjonali…

Barranin, Kurżitajiet

Il-President Franċiż Emmanuel Macron kiser żagħżugħ wara li dan indirizza lill-President Franċiż b’mod informali u sejjaħlu ‘Manu’, fil-qosor għall-Emmanuel. Il-President Franċiz qal liż-żagħzugħ li għandu jindirizzah b’mod uffiċjali, speċjalment minħabba…

Aktar