Mużika
X’se jiġri hi u tkanta Michela fuq il-palk ta’ Tel Aviv?

L-istil futuristiku tal-palk f’Tel Aviv se jippermetti biex il-kantanta Michela jkollha grafika u viżwal partikolari li jirriflettu l-istil uniku tal-kanzunetta Chameleon.

Meta fadal kważi xahar mill-Eurovision Song Contest, qed jirrankaw it-tħejjijiet u kif żvelajna l-ġimgħa l-oħra qed tiġi finalizzata l-wirja ta’ Michela f’nofs Mejju li ġej.

Il-grafika u l-viżwal ġie fdat f’idejn Front Pictures, li kienu ħadu ħsieb il-kunċett viżiv tar-rebbieħa tal-Eurovision ta’ 3 snin Jamala bil-kanzunetta 1944.

Dan l-aħħar l-istess kumpanija ħolqot il-viżwal tal-kanzunetta Try ta’ Pink għall-wirja li tat fil-Brit Awards ta’ din is-sena.

Michela tinsab eċċitata għal din l-esperjenza ġdida, li f’TVAM dalgħodu qalet li biddlitilha ħajjitha.  Ara x’qalet eżatt f’din l-intervista.

Intant, Michela se tkun qed tagħti kunċert f’Malta u Għawdex qabel tmur Tel Aviv, kif ukoll se tkun qed tiltaqa’ mal-istudenti f’siti ta’ Heritage Malta fil-jiem li ġejjin.

Ċans uniku għall-istudenti biex jiltaqgħu ma’ Michela qabel tmur għall-Eurovision

Ara wkoll:

Biex se tissorprendina aktar Michela f’Tel Aviv?

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar