Qorti
Xtara 3 dokumenti foloz mill-Albanija għal €1,200

Raġel Albaniż deher quddiem il-Qorti wara li nqabad jivvjaġġa b’dokumenti foloz.

Ardit Vladi, ta’ 25 sena, kien sejjer lejn Manchester meta nqabad f’Malta.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ammetta li xtara 3 dokumenti Taljani foloz mill-Albanija għal €1,200 u li żbalja. Qal li għamel li għamel għaliex ma ngħatax il-visa biex imur l-Ingilterra.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ikkopera iżda l-Qorti sabet lill-Albaniż ħati u kkundannatu 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin u mistenni jiġi deportat.