Barranin
Xtara vettura rkantata mill-Pulizija fit-Tajlandja u baqa’ skantat b’li sab fiha

Raġel li xtara vettura minn irkant tal-Pulizija fit-Tajlandja baqa’ skantat b’dak li sab fiha meta mar biex idurha.

Ir-raġel ħa l-Honda CR-V għand tellar biex jirranġalu xi grif u għafsiet li kellu fuq in-naħa ta’ wara, iżda meta dan neħħa l-bumper sab spazju moħbi li kien mimli droga.

Il-vettura swietu madwar €17,200, u l-Pulizija kienet tefgħetha għall-bejgħ wara li ġiet ikkonfiskata f’każ ta’ droga s-sena li għaddiet.

B’kollox instabu 94,000 pillola tat-tip ‘yaba’ moħbija fil-bumper. Din id-droga hija taħlita ta’ methamphetamine u kaffeina.

Il-kap tad-dipartiment tal-Pulizija fit-taqsima ta’ kontra d-droga talab apoloġija, u sostna li fil-futur il-Pulizija se tagħmel tiftix aħjar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Barranin

Timmaġinak li waqt operazzjoni tibqa’ konxju? Timmaġinak li waqt operazzjoni ddoqq xi strument? Hekk għamlet Dagmar Turner waqt li kienet qed tiġi operata f’rasha. L-istaff mediku talab lil Turner ta’…

Aktar