Safar
X’timbru ħallew il-ħakkiema fuq l-istorja ta’ Ċipru?

Waħda mid-destinazzjonijiet simili ħafna tal-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin hija l-gżira ta’ Ċipru. Din il-gżira hija t-tielet l-akbar gżira fil-Mediterranan u hija magħrufa ħafna għall-postijiet ta’ divertiment.

Waqt il-programm Buckle Up, it-tim tal-produzzjoni skopra aktar dwar il-produzzjoni tal-għasel u t-trobbija tan-naħal, sengħa tipika f’dan il-pajjiż Mediterranju.

Bħal Malta, mal-medda taż-żmien, Ċipru kien maħkum minn diversi imperi. Kull imperu ħalla t-tradizzjonijiet u l-kultura tiegħu (it-timbru tiegħu) fuq din l-art. Dan jagħni lil din il-gżira bi storja rikka u interessanti.

Jekk trid tiskopri aktar dwar diversi destinazzionijiet interessanti u popolari, tista’ terġa’ tara l-programm Buckle Up fuq TVMi – Buckle Up jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fl-4.15pm.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pieta’ tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Lokali

Mil-lum il-bdiewa li jkabbru l-patata bdew iħejju l-għelieqi tagħhom wara li fl-aħħar jiem għamlu l-kalkoli tat-telf li kellhom fl-aħħar sena minħabba r-riħ qawwi u s-silġ li niżel fil-grigalata ta’ tmiem…

Aktar