Unjoni Ewropea
X’tip ta’ Ewropa tixtieq tgħix fiha?

L-Unjoni Ewropea llum nediet pjattaforma diġitali fosthom bil-Malti biex permezz tagħha kull ċittadin ikun jista’ jitkellem, iressaq l-ideat u jiddibatti dwar x’tip ta’ Ewropa jixtieq jgħix fiha.

Il-pjattaforma qed titqies bħala ħolqa importanti f’dik li qed tissejjaħ il-Konferenza dwar il-Futur tal-Unjoni Ewropea li fi żmien sena oħra se tasal għall-konklużjonijiet u tagħti gwida ċara dwar il-ġejjieni tal-Ewropa.

Jekk għandek email u tirreġistra fi pjattafotma diġitali ġdida u interattiva, l-Unjoni Ewropea qed tistiednek tgħid tiegħek dwar it-tip ta’ Ewropa li tixtieq tgħix fiha.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Dubravka Šuica qalet li li dan hu proċess demokratiku storiku li fih iċ-ċittadini se jkunu verament fiċ-ċentru tiegħu.

Il-pjattaforma li hija bil-Malti u bil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea hija parti mill-inizjattiva magħrufa bħala l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li sar-rebbiegħa tas-sena d-dieħla mistennija tasal għal konklużjonijiet biex tipprovdi gwida għall-ġejjieni tal-Ewropa.

“This platform will ensure full transparency of all discussions and ideas, it will be the hub of the conference, the place where the conference related activities will be collected, monitored and published throughout the conference”

L-inizjattiva tnediet minn rappreżentanti tat-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Ana Paula Zacarias mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Guy Verhofstadt f’isem il-Parlament Ewropew għamlu referenza għas-sebgħin anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Pariġi minn sitt pajjiżi Ewropej li minkejja x-xettiċiżmu mir-Renju Unit u ftit oħrajn, kien qablu li jibdew jikkoperaw fl-oqsma tal-faħam u l-azzar, liema koperazzjoni kienet waslet għall-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.

“Let’s not be sceptical by this launch of this new instrument and the start of a real new phase in European history with the preparation of the Conference on the Future of Europe”

“Spring is a time for renewal and this is good to start now, it’s springtime for restoration, for hope, with the digital platform we believe it will be the necessary springboard for the future of Europe”

Fil-pjattaforma futureu.europa.eu sa issa hemm disa’ suġġetti li jvarjaw mill-migrazzjoni għat-tibdil fil-klima, iżda kull ċittadin jista’ jressaq ideat oħrajn li l-Unjoni Ewropea jaf għadha mhux tiddiskuti jew tikkunsidra.