Kurżitajiet
X’tista’ tagħmel biex tgħix aħjar?

Jekk bi ħsiebek tieħu ħsieb iktar ta’ saħħtek fis-sena l-ġdida ara li tagħmel ftit yoga, tnaqqas il-karboidrati u tillimita l-istress.  Dawn nafuhom u kemm-il darba rajna l-benefiċċji tagħhom.

Iżda li kieku kellek tagħmel bidla waħda biss fl-istil tal-ħajja li tgħix, kieku liema tkun?  Dawn huma ftit pariri li tista’ tikkunsidra li tibda ddaħħal fir-rutina tiegħek ta’ kuljum.

Kun iktar iffukat – esperti huma tal-fehma li l-aħjar huwa li tara kif moħħok ikun iffukat fuq l-affarijiet li tkun qed tagħmel.  Hawn diversi modi kif ittejjeb il-mod kif jiffunzjona moħħok bħal per eżempju billi toqgħod timmedita.

Adotta kelb – biex issir iktar attiv normalment taħseb biex tmur il-gym jew tibda tiġri, iżda jekk trid tkun kommess li tiċċaqlaq ftit kuljum tajjeb li tikkunsidra trabbi kelb.  Dan għax tkun trid toħorġu darbtejn kuljum għal mixja, fost benefiċċji oħrajn.

Kul 30 porzjon frott jew ħaxix fil-ġimgħa – mhux il-kwantità ta’ frott u ħaxix hija importanti imma d-diversità fl-ikel.  Iktar ma jkun varjat l-ikel iktar hemm ċans li tgħix iktar b’saħħtek għax tkun qed tiekol in-nutrijenti kollha li għandek bżonn.

Tbissem ta’ spiss – wara l-istaġun tal-festi, fejn forsi kilt xi ftit iżżejjed, tajjeb tibda taħseb kif se tonqos fil-piż.  Iżda ara li tkun kuntent biex dak li tagħmel tagħmlu bil-qalb sabiex tkun tista’ tilħaq l-objettivi li trid tilħaq.

U fl-aħħarnett ara li torqod biżżejjed – huwa rrakkomandat li torqod bejn 7 u 9 siegħat kuljum għax inkella ma tkunx f’sikktek.  Evita li tixrob il-kafè qabel torqod u ipprova tużax tagħmir elettroniku bħal smartphones u laptops qabel ma tidħol fis-sodda.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar