Kurżitajiet
X’tista’ tagħmel biex torqod aħjar f’dis-sħana?

Hekk kif issa bdiet is-sħana jibda t-tgergir għax wieħed ma jkunx jista’ jorqod minħabba s-sħana.

Skont riċerka għar-raqda tajba l-kamra tas-sodda għandha tkun b’temperatura ta’ bejn 16°C u 21°C.

Dawn huma xi ftit suġġerimenti x’għandek tagħmel das-sajf biex torqod aħjar:

  1. Kessaħ ftit il-lożor;
  2. Imla’ hot water bottle b’ilma kiesaħ u poġġih ma’ għarkupptejk u jdejk;
  3. Xarrab ftt wiċċek, għonqok minn wara u għarkupptejk;
  4. Ilbes piġama rqiqa,
  5. Tikolx ħafna protejini għax dawn ikomplu jsaħħnuk;
  6. Agħmel l-eżerċizzju filgħodu minflok filgħaxija;
  7. Qabel torqod ħu banju;
  8. Itfi l-aġġeġġi u l-plakek fil-kamra tas-sodda għax dawn ikomplu jikkontribwixxu għas-sħana;
  9. Ixrob l-ilma b’mod frekwenti matul il-jum imma mhux ħafna matul il-lejl;
  10. Orqod fil-kamra t’isfel u mhux dirett mal-bejt.
Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Illejla tista’ terġa’ tidħol biċ-ċans li tkun rebbieħ ta’ €138 miljun jekk tieħu sehem fil-lotterija EuroMillions Superdraw.  Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa ma kien hemm ħadd li ħareġ rebbieħ tal-jackpot….

Kurżitajiet

Fil-Portugall, arkeologi sabu vapur ta’ 400 sena mgħarraq barra l-kosta tal-Portugall, qrib il-kapitali Lisbona. Esperti qed jgħidu li din is-sejba hija l-ikbar l-iskoperta fl-aħħar għaxar snin. Ħwawar, biċċiet taċ-ċeramika, u…

Kurżitajiet

Ryan Reynolds, wieħed mill-aqwa atturi fid-dinja ta’ Hollywood, li jaħdem kemm f’films serji u kemm f’films komiċi għadu kif għamel waħda minn tiegħu. Reynolds, li huwa magħruf għas-sens tal-umoriżmu u…

Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Aktar