Televiżjoni u Radju
X’tista’ tara fuq TVM minn Ottubru li ġej? Dalwaqt l-app ġdida TVMi

TVM nieda l-iskedi tax-xitwa għaż-żewġ stazzjonijiet tiegħu f’firxa ambizzjuża ta’ programmi ġodda fosthom fil-qasam tad-divertiment, id-drama, il-ġrajjiet kurrenti u l-isports.

Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, l-Inġinier Charles Dalli qal li f’din l-iskeda, TVM ser jimmira li jilħaq udjenzi ġodda ma’ dawk stabbiliti, kemm bil-programmi ġodda kif ukoll mill-media diġitali.

Min-naħa tiegħu ċ-Chairman tal-PBS Dr Tonio Portughese qal li l-programmi l-ġodda f’din l-iskeda jirrinfurzaw l-obbligu tal-PBS bħala xandar pubbliku u l-kredibbiltà tieghu.

X’hemm ġdid fl-iskeda t’Ottubru?

L-iskeda l-ġdida ta’ TVM minn Ottubru ser ikollha programmi ġodda, ewlenin fosthom verzjoni Maltija tar-reality show mużikali X-factor li ser jixxandar kull nhar ta’ Ħadd wara l-Aħbarijiet, b’aġġornamenti kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa qabel l-Aħbarijiet tat-8pm. The X Factor Malta ser jagħżel il-kantant jew kantanta li ser tirrapreżezenta lil Malta fil-Eurovision f’Tel Aviv.

L-Għarusa ser tkun drama ġdida ambjentata fit-tletinijiet li ser tixxandar kull nhar ta’ Tlieta. Id-drammi Ħbieb u Għedewwa, Manwela, Vigilante u Ċirkostanzi ser ikomplu fuq l-iscreens ta’ TVM.

Waqt it-tnedija tal-iskeda, il-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services, l-Inġinier Charles Dalli, qal li l-PBS ser ikun qiegħed jiffoka fuq udjenzi ġodda bil-programmi l-ġodda fl-iskeda.

Skeda mmirati għal udjenzi ġodda

L-Inġinier Dalli qal li “L-udjenzi kemm dawk li għandna u nies ġodda li nistghu nilħqu ħa nkunu qed nilħquhom permezz tad-diversi mezzi tagħna. Jiġifieri it-televizjoni, ir-radju, u l-mezzi l-oħra diġitali.  Ħa nkunu qed naraw li l-kontenut taghna jkun mifrux fuq dawn il mezzi wkoll. Inkunu qegħdin insaħħu l-web, il-media soċjali, il-mezzi li kulħadd iġorrr miegħu llum”.

Fl-istess żmien TVM ser ikun qed iniedi l-app ġdida TVMi biex jilhaq udjenzi ġodda anke bi programmi on demand.

Iċ-Chairman tal-PBS Tonio Portughese qal li l-PBS ser ikompli jwettaq il-missjoni tiegħu ta’ xandar pubbliku biex ikompli jgawdi l-kredibbiltà fost l-akbar faxxa ta’ telespettaturi u semmiegħa.

Dott. Portughese qal li “Il-PBS jilħaq 180,000 telespettatur li jaraw diversi setturi tal-offerta tagħna li hija varjata ħafna.  L-Aħbarijiet ta’ TVM għandhom l-ikbar udjenza li tlaħħaq mal-120,000.  U anke l-website għamlet progress kbir meta llum ikollna mat-80,000 daily hits fil-website li hija bil-Malti u bl-Ingliż.”

Ras imb ras kuljum u Insights darba fil-gimgha ser jiżdiedu ma’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti taċ-Ċentru tal-Aħbarijiet li barra minn TVM se jkunu wkoll f’sezzjoni ġdida fuq is-sit tvm.com.mt u l-app TVMi fejn il-programmi kollha ser ikunu on demand.

Il-programmi ta’ diskussjoni u ġrajjet kurrenti Xarabank, Xtra u Realtà ser ikun fil-ħinijiet tradizzjonali tagħhom waqt li Dissett ser jibda jixxandar kull nhar ta’ Erbgha wara l-Aħbarijiet.

Wara The X Factor Malta, minn Jannar kull nhar ta’ Ħadd, Danusan ser ikunu fuq TVM ukoll b’kummiedji ta’ Daniel u Sander, candid cameras u intervisti ma’ personalitajiet.

Programmi ta’ kuljum, informattivi u sportivi

Fl-iskeda l-ġdida, dehra friska ukoll għal TVAM li ser jibda jixxandar mit-Tnejn sal-Ħadd, bil-Ħadd jinkludi wkoll l-analiżi tal-gazzetti f’Ħadt l-Aħbar.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, l-iskeda l-ġdida ser ikollha tlett magazine shows, b’Niskata, Wara Nofsinhar u Illum ma’ Steph. Għażla vasta ta’ programmi oħra għall-gosti varji wħud ġodda fosthom Natura Maltija, Pass pass għal Auschwitz, Il-Ħarifa Maltija, 112, Stigma, 7000, Invenzjonijet u Skritt.

Il-programmi sportivi ser ikollhom faxxa għalihom fuq TVM2, bi programm sportiv jixxandar kuljum fid-8.45pm.

L-iskeda l-ġdida ta’ Televison Malta tibda’ mit-Tnejn l-1 ta’ Ottubru.  Iktar tagħrif dwar il-programmi tal-iskeda tista’ ssibhom hawnhekk:

TVM-programmes-schedule-2018-2019

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar