Kronaka
Xufier fil-periklu tal-mewt wara li baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl f’inċident li fih weġġħet ukoll il-passiġġiera

Raġel mill-Pakistan ta’ 38 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq, tat-tip Volkswagen Golf, u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl. Fil-vettura miegħu kien hemm tfajla Mawritanja ta’ 28 sena.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.30am fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.  Il-Pulizija tad-distrett marru immedjatament fuq il-post, kif ukoll tim mediku sabiex jassisti lill-vittmi.

Huma ttieħdu minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Farruġia LLD li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar